Budget2022
Baġit pożittiv li se jħalli żieda ta’ flus fl-idejn, tħassib fuq multi fuq it-taxxa – GRTU

Paul Abela, il-President tal-GRTU, qal li fis-sitwazzjoni ta’ pandemija li għaddejna, il-baġit imħabbar jidher pożittiv, u se jkun hemm ħafna żieda ta’ flus fl-idejn.

Qal li kien hemm proposti tal-GRTU li ġew inklużi, fosthom is-sussidju fil-kera għall-importaturi biex ikunu jistgħu jaħżnu l-prodotti li jġibu minn barra, kif ukoll inċentivi għall-ekonomija l-ħadra.

Żied li l-GRTU qed tittama biss li ma jkunx hemm eċċessività ta’ multi fuq it-taxxa fid-dawl tal-greylisting, biex ma jeħlux in-negozji żgħar u medji.