Budget2022
Baġit soċjali li ħalla lin-nies f’pożizzjoni li jinvestu – MDA

Id-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi Deborah Schembri qalet li l-MDA hija kuntenta ħafna b’dan il-baġit.

Dan għaliex qalet li huwa baġit soċjali li ħalla lin-nies f’pożizzjoni li jistgħu jinvestu għax ma ġewx mgħobbija b’taxxi żejda.

Dr Schembri qalet li l-baġit juri wkoll kemm hi importanti l-industrija tal-kostruzzjoni għax ingħataw inċentivi ġodda u ġġeddu dawk eżistenti, kif ukoll imbuttatura għax-xiri ta’ binjiet tradizzjonali, fost oħrajn.

Żiedet li l-MDA għamlet għadd ta’ proposti fuq bini ‘eco-friendly’ li iżda ma dehrux f’dan il-baġit.