Barranin
Baħar t’inkwiet għal 40 mudella li ħarġu jitperrċu f’gallarija f’Dubaj

Mal-40 mudella ta’ nazzjonalitajiet varji spiċċaw arrestati wara li ppużaw għarwenin f’gallarija f’Dubaj.

ll-mudelli jafu jeħlu 6 xhur ħabs u multa ta’ €1,000 kull wieħed wara li filmat tagħhom qed jippużaw bla ħwejjeġ spiċċa dar mal-erba’ kantunieri tad-dinja f’tebqgħa t’għajn.

Il-mudelli, li għandhom bejn l-20 u t-30 sena qed jiġu mixlija bi tbaħrit u li kisru l-pudur pubbliku wara li ħarġu f’gallarija mingħajr ilbies.

Il-filmat tal-mudelli xxandar fuq il-midja soċjali s-Sibt li għadda.