Lokali
AĠĠORNAT: Imut il-baħri li ddaħħal f’Malta b’ħelikopter

Baħri Tork ta’ 22 sena tilef ħajtu wara inċident fuq vapur tal-merkanzija, madwar 24 mil nawtiku ‘l barra mill-ponta ta’ San Dimitri.

TVM huwa infurmat li l-baħri ntlaqat minn makkinarju u ntilef minn sensih.

Fuq il-vapur intbagħat ħelikopter tal-Forzi Armati biex il-baħri ġie evakwat. Fuq il-ħelikopter huwa ngħata s-CPR għal kważi 30 minuta, li kompla wkoll fl-ambulanza fi t-triqtha lejn l-isptar.

Madankollu kien kollu għal xejn għax il-baħri ġie ċċertifikat mejjet fl-isptar.