Lokali
Bajja f’Marsaxlokk evakwata – tinstab bomba tat-Tieni Gwerra Dinjija

Sejba ta’ bomba tat-Tieni Gwerra Dinjija wasslet biex għadd ta’ persuni li dalgħodu kienu qed igawdu l-bajja magħrufa bħala Tal-Magħluq f’Marsaxlokk jiġu evakwati miż-żona.

Kelliem għall-Pulizija qal lil tvm.com.mt li l-Pulizija rċiviet rapport dwar il-possibbiltà ta’ preżenza ta’ splussiv fl-inħawi għall-ħabta tal-11.30am.

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post, assistiti mill-Forzi Armati ta’ Malta, bil-għan li tingħalaq il-bajja sakemm isiru l-aċċertamenti meħtieġa.