Lokali
Balal tat-tiben jiġru f’nofs triq traffikuża

Balal tat-tiben li spiċċaw jiġru f’nofs ta’ triq fit-telgħa tal-Iklin jistgħu jkunu ta’ periklu għas-sewwieqa.

Ir-ritratt ittella’ fuq il-midja soċjali bil-għan li jwissi lis-sewwieqa tal-muturi li jistgħu jsibu l-balal ma’ wiċċhom hekk kif iduru mal-liwja.

Il-balal, li probabbilment waqgħu minn fuq xi trakk, qajmu dibattitu dwar trakkijiet mgħobbija iżjed minn kemm jifilħu u l-bżonn li jsir iktar infurzar fuqhom.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Kważi 70 membru tal-iscouts li ġejjin minn tliet pajjiżi ħadu sehem fi programm kulturali li fethilhom tieqa fuq kulturi differenti. Il-programm kien organizzat mill-assoċjazzjoni tal-iscouts u fih ħadu sehem membri…

Annimali

L-Enemalta dal-lejl kellha taqta’ l-elettriku minn cables viċin Popeye Village biex membri tal-Protezzjoni Ċivili jkunu jistgħu jneħħu bla periklu fjamingu li nqabad fil-wires. Il-Protezzjoni Ċivili qalet li l-fjamingu weħel f’wires…

Gazzetti

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 19 t’ Awwissu 2018: Fl-ewwel paġna ta’ The Sunday Times of Malta insibu ritratt tal-funeral statali li sar ilbieraħ f’Genova għall-vittmi…

Aktar