Lokali
Banderas jitpaxxa u jammira s-sbuħija tal-Belt Valletta

L-attur famuż Antonio Banderas sab il-ħin li jillarga mill-ġbid tal-film Genius Picasso u jagħmilha ta’ turist f’Malta.

Minn ritratti li poġġa fuq Instagram, Banderas dar dawra mal-Belt Valletta, tant li mhux biss żar il-Kon-Katidral fejn ammira l-kapolavuri artistiċi li hemm f’din il-ġawhra arkitettonika, iżda wkoll kellu ċ-ċans li jmur jippassiġġa fit-toroq dojoq u antiki tal-kapitali Maltija.

Banderas jidher li kien impressjonat bis-sbuħija tal-Belt, li din is-sena hija l-Kapitali Ewropea tal-Kultura, tant li minbarra r-ritratti kiteb “beauty everywhere”.

B’dawn ir-ritratti u l-kummenti, Banderas għamel “riklam” lil Malta tant li f’9 sigħat mindu tefa dan il-post fuq Instagram kellu madwar 17,500 like.

Araw wkoll:

Banderas se jibda jiffilmja f’Malta l-ġimgħa d-dieħla

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ħalba xita qawwija bis-sajjetti fl-ewwel jum tal-istaġun tas-sajf, għarqet diversi lokalitajiet magħrufa fejn jinġemgħa l-ilma u fost oħrajn tat battikatta lid-dilletanti Qriema u s-Siġġiwin biex iħarsu l-armar tal-festa mill-ħsara li…

Lokali

Il-Ministru Evarist Bartolo iltaqgha’ wkoll mad-Deputat Prim Ministru Taljan Luigi Di Maio fejn tkellmu fuq kif nistgħu naħdmu flimkien u naqsmu l-esperjenza li għandna fil-qasam tax-xogħol u li nħeġġu iżjed persuni jidħlu…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat talab lil Simon Schembri biex jikkunsidra li, jekk ikun jista’, jibqa’ fil-Korp tal-Pulizija biex ikompli jservi ta’ ispirazzjoni għall-membri u għall-pubbliku. Dan waqt laqgħa li kellu mal-Kuntistabbli…

Aktar