Lokali
Banderas se jibda jiffilmja f’Malta l-ġimgħa d-dieħla

Ġie varat il-Malta Film Fund b’valur ta’ €350,000 biex produtturi ta’ films Maltin jingħataw opportunità jipproduċu l-films oriġinali tagħhom. Intant TVM huwa infurmat li l-attur popolari Spanjol Antonio Banderas se jasal Malta l-ġimgħa d-dieħla għall-ġbid tal-film Genius Picasso.

Il-Malta Film Fund li twaqqaf bil-għan li produtturi Maltin ikollhom iċ-ċans li jagħtu ħajja lill-proġetti tagħha fl-industrija tal-films li jirrikjedu flejjes kbar. Il-Kummissjoni tal-films li tamministra dan il-fond din is-sena toħroġ żewġ sejħiet għall-produtturi Maltin biex jingħataw sussidju għall-produzzjonijiet tagħhom. Sejħa minhom ħarġet issa u oħra ħierġa fis-sajf. Dis-sena l-fond għandu €350,000 għal dawn il-proġetti.

Il-Kumissarju tal-films Johann Grech qal li “japplikaw għalih biex l-ideat jiżviluppaw aktar, illum se toħroġ l-ewwel sejħa u mbagħad se noħorġu sejħa li tagħlaq fl-aħħar ta’ Apri, it-tieni sejħa tiftaħ fl-Lulju u tagħlaq l-aħħar ta’ Settembru.”

Johann Grech qal li l-produtturi tal-films Maltin bis-saħħa ta’ dawn l-għajnuniet tejbu ferm il-livell tal-films lokali.

Intant TVM tkellem ma’ Raymond Grech, li ilu fl-industrija tal-films għexieren ta’ snin u li wkoll għandu kumpanija li topera film studio bit-teknoloġija 4K.

Raymond Grech qal li “aħna fl-antik film shot nerġgħu niġbduha, expensive u time consuming, illum għandek il-flus, illum il-miraklu li kont nistenna sar.”

Is-Sur Grech uriena l-film studio tal-kumpanija tiegħu li bnieh apposta bl-iktar teknoloġija avvanzata tal-4K biex produtturi tal-films qabel ma joħorġu film għall-pubbliku, ikunu jistgħu jiċċekkjawh fuq screen professjonali taċ-ċinema.

Il-Kummissjoni tal-Films qed tħejji biex il-ġimgħa d-dieħla tilqa’ f’Malta lill-attur popolari Spanjol Antonio Banderas li ġej biex jiffilmja parti mit-tv serje Genious Picasso li fiha hu qed jinterpreta l-parti tal-pittur leġġendarju Spanjol Pablo Picasso. Is-serje televiżiva mistennija li tibda tintwera fuq l-istazzjon National Geographic fl-24 ta’ April ġej.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

F’Tas-Sliema, main bi pressjoni ogħlja spiċċa biex faqa’ l-bankina u ħasel il-karozzi pparkjati fil-viċin. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kienu fuq il-post is-Sibt filgħaxija biex isolvu problema. Għat-tiswijiet kellha wkoll tingħalaq il-provvista…

Lokali

Minħabba li qed iċedi l-blat fil-bajja ta’ Għar Lapsi, kellu jingħalaq l-aċċess għal parti oħra minn din il-bajja, msejħa west cove. Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti…

Lokali

Id-DJ Olandiż, Mike Williams, magħruf mad-dinja kollha għall-mużika house u future house li jipproduċi, għażel biex jiġbed filmat tal-aħħar diska li ħareġ f’Kemmuna. Id-DJ żagħżugħ li għandu biss 21 sena,…

Aktar