Qorti
Baqa’ arrestat fuq akkużi li seraq pompa tal-petrol u magna tal-biljetti f’Mater Dei

Melvin Magro ta’ 35 sena baqa’ jinżamm arrestat fuq akkużi li fis-satra tal-lejl tas-17 ta’ Jannar ikkommetta serqa ta’ flus minn magna f’pompa tal-Petrol fiż-Żejtun.

Huwa ġie akkużat ukoll li xahar wara , kisser u seraq mill-magna tal-biljetti tal-parkeġġ tal-isptar Mater Dei bil-ħsara taqbeż l-elfejn u ħames mitt ewro.

Magro qed jinżamm fil-lockup tal-binja tal-qorti għal 14-il ġurnata kwarantina qabel jittieħed fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fejn qed jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni biex il-coronavirus ma jidħolx fil-ħabs.