Knisja Maltija
Baqa’ jsaħħar il-folol warajh – jesprimi xewqa għal Knisja aħjar

Il-kariżma, it-taħdidiet u l-omeliji ta’ Monsinjur Victor Grech baqgħu jiġbdu l-ammirazzjoni tal-ħafna li jfittxu li jsegwu l-quddies tiegħu. Wara li serva bħala direttur tal-Caritas għal kważi 40 sena, illum għadu qalb il-komunità, jifhem u jagħder lill-imġarrab.

Appena rfisna fil-Knisja tal-Paroċċa tal-Ibraġ, il-Ħadd filgħodu, sibna kongregazzjoni numeruża tisma’ b’attenzjoni l-quddies ikkonċelebrata mill-Monsinjur Victor Grech.

L-attendenza għal din il-quddies ma tirriflettix l-apatija riflessa fl-aħħar riżultati taċ-ċensiment tal-quddies li saru mill-Knisja f’Diċembru wera li mal-40% tan-nies jattendu l-quddies kull nhar ta’ Ħadd.

X’jaħseb Monsinjur Vicotr Grech dwar dan?

“Irridu ntuhom xi ħaġa li n-nies iħossu li qed tagħmlilhom il-ġid. Iħossu li dak il-bniedem li qed ikellimhom huwa l-bniedem li jafhom mill-qrib. Li huwa viċin tagħhom. Bniedem li qed iħoss it-tbatijiet u l-problemi tagħhom” stqarr Dun Victor.

Bosta huma dawk li mhumiex mill-Parroċċa tal-Ibraġ, iżda li jagħżlu li jisimgħu l-quddiesa tal-Monsinjur Grech. TVM tkellem ma’ wħud min-nies li kienu hemm:

“Il-prietka tiegħu , sempliċi but very powerful. Jiġi kważi bżonn li tisma’ dak il-gwida spirtiwali ; ġieli anke mhux spiritwali – biex tgħix ħajja tajba.”

“Meta jitkellem tara li jħoss – anke l-esperjenza tiegħu meta jkun qed jitkellem -tara l-esperjenza li għandu man-nies.”

Fid-dawl ta’ bżonn li jerġa’ jqanqal l-interess tal parruċċani, l-Arċisqof Charles Scicluna waqqaf kumitat pastorali li huwa magħmul minn esperti u kappillani f’Malta biex jissuġġerixxu l-bidliet li hemm bżonn fil-pjan pastorali. Dun Victor qal li mhux involut f’dan il-kumitat iżda jaħseb li l-Arċisqof għażel nies adattati biex jistudjaw is-sitwazzjoni fil-Knisja u li għandhom jagħtu tweġiba konkreta.

Dun Victor qal li “bħalissa qed tfakkarni meta l-Mulej Ġesù deher lil San Franġisk u qallu biex jirriformalu l-Knisja. San Franġisk ħaseb li Alla ried miegħu li jirriformalu l-Knisja ta’ San Damjan; iżda ma kienx hekk. Jirriforma l-Knisja billi jressaq il-Kelma t’Alla ; billi hu Franġisku jgħxi din il-Kelma t’Alla u jippreitkaw l-eżempju tiegħu u jien naħseb l-ikbar riforma hekk tkun ta – li aħna naċċettaw dan il-mandat, ngħixuh ġo fina u nkunu xhieda tiegħu quddiem in-nies.”

Dun Victor qal li l-Knisja m’għandhiex tkun maqtugħa minn dak li jiġri fil-pajjiż. Huwa qal li meta serva bħala Direttur tal-Caritas kien joħroġ riċerki biex jgħin lill-Gvern biex jitfa’ dawl fuq it-tbatijiet tan-nies u l-problemi soċjali li jridu jiġu indirizzati biex il-ġid li qed jinħoloq jasal ukoll għand in-nies li qegħdin fit-trufijiet.

“Għad hawn nies li iva għadhom jieħdu l-loqom li jaqgħu minn fuq il-mejda tal-ġid komuni li għandna, u meta ngħidu ġid komuni, fih suppost jidħol kulħadd u mhux jeskludi ċerti nies. Iva, għad hawn nies li jbatu biex jgħixu ħajja dinjituża. qal Dun Victor Grech.

Dun Victor ilu jqaddes fil-Knisja tal-Ibraġ għal dawn l-aħħar 29 sena u diment li jibqa’ mimli bl-għomor qal li ser jibqa’ jkun spalla għal min iħabbat il-bieb tiegħu.

Ara wkoll:

ARA: X’kienet l-ikbar bawxata ta’ Dun Victor Grech?

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Żewġ Maltin li jinsabu f’Tokyo kellhom sorpriża ħelwa li ħadd ma kien joħlomha. Waqt li kienu f’Tokyo, il-Maltin iltaqgħu ma’ żagħżugħ Ġappuniż li mhux talli jaf xi kelma ‘l hemm u…

Qorti

Bulgaru li jgħix San Pawl il-Bahar żgiċċa l-proċċeduri kontrih wara żball proċedurali għaliex id-dati tal-akkużi ma tniżżlux sew. Simeon Nikolaw Darakhiev kien akkużat b’hit and run fuq karozza fil-Qawra. Wara…

Saħħa

Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold u l-Alleanza Nazzjonali għall-Mard Rari Michelle Muscat appellat lin-Nazzjonijiet Magħquda biex tħeġġeġ lil kull pajjiż ikollu strateġija ħolistika li tgħin lill-pazjenti li jbatu bil-mard rari u lill-familji…

Ekonomija u Finanzi

Il-Borża ta’ Malta nediet tliet indiċi tal-bonds fis-suq. Iċ-Chairman tal-Borza ta’ Malta, Joseph Portelli, qal li dawn l-indiċi ġodda se jagħmluha faċli biex investituri jkunu jistgħu jqabblu b’mod faċli r-ritorn…

Aktar