Lokali
Baqa’ skantat b’dak li ra quddiem għajnejh f’San Pawl il-Baħar

Sewwieq li kien għaddej minn San Pawl il-Baħar baqa’ skantat b’dak li ra b’għajnejh u qasam l-esperjenza tiegħu fuq il-midja soċjali.

Ir-raġel qal li lbieraħ għall-ħabta tal-17:00, waqt li kien qiegħed isuq, lemaħ tarbija mal-ħġieġa ta’ wara ta’ karozza li nzertat quddiemu.

It-tarbija, kif tidher fir-ritratt, ma kinitx marbuta tant li spiċċat biex telgħet fuq l-għatu tal-bagoll.

Is-sewwieq qal li waqaf ikellem lill-mara li kienet qed issuq il-vettura biex jiġbdilha l-attenzjoni bil-perikli li t-tarbija tinsab fih iżda qal li l-mara wieġbitu li taf x’inhi tagħmel u li kienet għassa tat-tarbija bl-użu tal-mirja.

Intant, is-sewwieq qal li mar jagħmel rapport lill-Pulizija bis-saħħa tar-ritratt meħud bil-go pro li għandu mwaħħla mal-vettura tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi stqarrija l-Matsec qalet li dawk l-istudenti li xtaqu jagħmlu l-eżamijiet tal-A Levels u l-Intermediates, jistgħu ipoġġu għal dawn l-eżamijiet f’Settembru li ġej. Din is-sessjoni se tieħu post is-sessjoni tar-resits,…

COVID-19

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qed jilqa’ l-applikazzjoni ta’ erba’ faxex ta’ ħaddiema li jaħdmu jew kienu jaħdmu fis-settur privat u ma baqgħux jaħdmu minħabba l-impatt tal-Coronavirus, iżda li mhux ser jintlaħqu…

Lokali

Wara kjarifiki uffiċjali, kien hemm qbil reċiproku li l-prezz tal-gass f’ċilindru ta’ 12kg ta’ Liquigas se jkun ta’ €15. Dan wara laqgħa llum bejn Liquigas Malta, li talbet biex tiċċarra…

COVID-19

Fiċ-ċirkostanzi preżenti maskra tiswa mitlu deheb partikolarment għal professjonisti li jinsabu fil-fruntiera tal-ġlieda kontra l-imxija tal-Covid-19. Fid-dawl tad-domanda qawwija għall-maskri soffistikati, Inġinier Malti fl-Fakultà tal-Inġinerija tal-Università ta’ Malta żviluppa magna…

Aktar