Lokali
Baqgħu ċċassati meta refa’ jdejh fuq martu fil-pubbliku

Numru ta’ persuni baqgħu bla kliem dalgħodu hekk kif raw raġel jerfa’ jdejh fuq martu fil-pubbliku.

L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-10:45, f’Tas-Sliema, meta mara u raġel kienu qed jarmaw ħanut. Ix-xhieda qalu lil TVM li l-koppja Maltija kienu qed iqandlu xi vetrina tqila meta r-raġel infaqa’ joffendi lil martu, telaq’ kollox minn idejh, fajjarielha u tajjrilha n-nuċċali minn wiċċha.

Ix-xhieda li tkellmu ma’ TVM qalu li r-raġel spiċċa f’dagħdigħa għax deherlu li martu ma kinetx qed tqandel il-vetrina sew. B’xorti tajba, raġel li kien inserta għaddej minn hemm mar iwaqqaf lil sid il-ħanut filwaqt li qallu li qatt m’għandu jerfa’ jdejh fuq mara.

Minflok daħal f’qoxortu, sid il-ħanut irvilla u qabad jheddu b’ritratti u filmati, mentri l-mara dehret imbeżża’ u mifxula.

Ix-xhieda fuq il-post ċemplu lill-Pulizija biex jirrappurtaw il-każ mentri uffiċjal tas-sigurtà mar minnufih fuq il-post.

Ix-xhieda stqarru ma’ TVM li hemm bżonn li l-vjolenza domestika tittieħed b’akbar serjetà mill-awtoritajiet l-għaliex ħafna drabi l-vittmi ma jsibux il-kuraġġ jitkellmu dwar it-tbatija u l-abbuż li jgħaddu minnu. Qalu wkoll li ma rnexxielhomx jaqbdu mal-għassa tal-lokalità, u għalhekk kellhom iċemplu minflok il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.

Ix-xhieda rringrazzjaw lir-raġel li kien l-uniku presuna preżenti li ma ħasibiex darbtejn biex jaqbeż għall-mara u għamlu appell biex kull min jiltaqa’ ma’ każ simili ma jibqax passiv.

Fl-2014, Malta daħħlet fis-seħħ strateġija biex tiżgura li l-liġi dwar il-vjolenza domestika u dik fuq il-ġeneru tirrifletti dak li ġie deċiż waqt il-Konvenzjoni ta’ Istanbul.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Mill-1 ta Lulju li ġej ser jidħol fis-seħħ il-ftehim bejn Malta u l-Libja li ġie ffirmat mill-Prim Ministru Robert Abela waqt żjara ta’ ftit sigħat li għamel fi Tripli l-ġimgħa…

Lokali

Ħaddiema Torok li ġew Malta biex jaħdmu fuq proġetti kbar tal-privat qed jilmentaw li ilhom xhur ma jitħallsu l-paga mill-kumpanija Torka TACA li fost proġetti li qed taħdem fuqhom hemm…

Lokali

L-attur Mario Micallef li waqt Covid 19 wassal messaġġ b’saħħtu biex l-anzjani jibqgħu d-dar, qalilna li jħossu qisu twieled mill-ġdid, il-fatt li wara tlett xhur reġa’ qed jara l-arja ta’…

Lokali

L-Assoċjazzjoni taċ-Childcare Centres qalet li kollox jinsab lest biex minn għada jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom. Fost il-miżuri ta’ protezzjoni, l-impjegati f’dawn iċ-ċentri se jilbsu maskri jew visors il-ħin kollu, waqt…

Aktar