Barranin
Barċellona f’kaos bi strajk ġenerali u protesti

Il-ħames ġurnata infila ta’ protesti, u llum strajk ġenerali, ġabu lill-kapitali Katalana; Barċellona, għarkupptejha.

Għexieren ta’ eluf ta’ dimostranti llum ipprotestaw fit-toroq ewlenin ta’ Barċellona, fejn imblukkaw it-traffiku u anke t-trasport pubbliku u s-servizz tal-ferrovija.

Id-derby klassiku tal-futbol Spanjol bejn Barċellona u r-rivali eterni tagħhom, Real Madrid, li kellu jintlagħab fis-26 ta’ dan ix-xahar, ġie pospost.

Dan minbarra li siti storiċi u turistiċi baqgħu magħluqa, hekk kif komplew il-protesti, wara li numru ta’ eks mexxejja Katalani intbagħtu l-ħabs minħabba s-sehem tagħhom fir-referendum illegali dwar l-indipendenza tal-Katalunja minn Spanja sentejn ilu.