Lokali
Barranin jilmentaw mill-istorbju li jġibu l-festi u oħrajn ifaħħruhom

Fl-eqqel tal-istaġun tal-festi fl-irħula u bliet Maltin qam dibattitu fuq is-siti soċjali dwar barranin li lmentaw mill-istorbju li jġibu dawn il-festi u xi Maltin li urtaw ruħhom minn dawn il-kummenti. Mara Russa li ilha tgħix Malta għaxar snin, Raisa Galea temmen li l-festi u anki l-murtali jagħtu rikkezza lill-kultura Maltija.

Ma nisgħux niċħdu li l-festi tradizzjonali Maltin jagħtu kulur lil kull belt u raħal, hemm min jaqbel u hemm min le, insegwu l-perspettiva tan-nies mhux biss ta’ Maltin iżda anki ta’ barranin.

F’dibattitu li qam fuq siti soċjali, kien hemm xi barranin li lmentaw mill-istorbju tal-festi f’Malta. Filwaqt li kien hemm Maltin li ħassewhom urtati b’dawn il-kummenti, Raisa Galea, Russa li ilha tgħix Malta għal għaxar snin qalet li jekk kien hemm xi barranin li kkummentaw dawn m’għandhomx jittieħdu f’kuntest ġenerali għaliex hi bħala barranija f’Malta tapprezza l-kuluri varji tal-kultura sabiħa Maltija u li l-vera theddida għall-festi u logħob tan-nar mhumiex l-ilmenti ta’ xi wħud.

Raisa Galea qal “it’s not conflict between Maltese and foreigners because there are Maltese that criticize festa..the major threat to fireworks is over building and over development and open space”

Raisa li tagħmel anki xogħol ta’ riċerka fuq il-kultura Maltija, qalet li fil-verità l-festi u anki l-murtali, bħala barranija f’Malta, jaffaxxinawha. TVM żar diversi festi, fosthom il-ħruġ tal-vara tal-Madonna tal-Karmnu fiż-Żurrieq fejn stajna ninnutaw passjoni kbira minn nies li għalihom il-festa hija parti ntegrali mill-ħajja tagħhom.

Natius Farrugia qal “min għandu kontra l-festi, għandu dritt, bħali li jien ma naqbilx imma ma jkunux kkulturati fl-ambjent tal-festi, kif qed taraw b’għajnejkom il-ferħ li hawn fiż-żurrieq hija inspjegabbli”.

Fiż-Żurrieq bħalma jiġri f’festi oħrajn, jispikka l-entużjażmu tal-parruċċani li jgħidu taqbiliet ta’ ferħ u qima lejn il-qaddis tal-patrun tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Bejn għada u t-Tlieta, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker se jkun f’Malta fuq żjara uffiċjali. Juncker mistenni jkollu taħditiet f’Kastilja mal-Prim Ministru Joseph Muscat kif ukoll mal-President ta’ Malta George…

TV u Radju

Il-ġurnalisti tal-PBS rebħu 9 unuri għal stejjer u produzzjonijiet li xxandru fuq TVM, Radju Malta u tvm.com.mt. Sitta mid-disgħa kategoriji li ntrebħu mill-PBS intrebħu lis-sitt ġurnalisti tal-kamra tal-aħbarijiet fosthom għal…

Lokali

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 21 ta’ Lulju 2019 Fl-ewwel paġna ta’ The Sunday Times of Malta insibu l-istorja dwar il-fdalijiet ta’ katavru li l-pulizija sabet…

Saħħa

Studju internazzjonali wera li l-każi li l-kanċer tal-għonq tal-utru qegħdin jonqsu drastikament tant li hu maħsub li din il-marda tista’ tiġi eradikata. Dan huwa grazzi għat-tilqima li tingħata lit-tfajliet kontra…

Aktar