Barroso sindku ta’ Ruma?

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, José Manuel Barroso, b’daħka qal lill-ġurnalisti li meta jirtira f’Marzu 2014 jixtieq isir sindku ta’ Ruma.

Barroso qal li huwa qed jitkellem mal-ex-Prim Ministru Taljan Mario Monti, li meta sema’ li hu (Barroso) ried isir sindku ta’ Ruma għax dan għandu uffiċċju sabiħ ħafna, qallu biex jinsiha għax Ruma hija mgħarrqa fid-dejn.