COVID-19
Min-nhar it-Tnejn li ġej – bars u każini se jagħlqu fil-23:00

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, il-Prim Ministru qal li se jittieħdu miżuri biex titrażżan l-imxija tal-Covid-19 f’Malta u Għawdex. Fost dawn il-barijiet u każini għandhom jagħlqu sal-23:00 min-nhar it-Tnejn li ġej.

Se jitwessa’ l-użu tal-maskra, iġenje u ż-żamma tad-distanza soċjali filwaqt jiżdied l-infurzar mill-awtoritajiet ikkonċernati – pulizija, awtorità tas-saħħa u tat-turiżmu. Ir-regoli li qed joħorġu jridu jinżammu, jekk le se jkun hemm il-konsegwenza tal-multi.

Il-Prim Ministru qal li l-ħajja trid tkompli minkejja r-realtà li qed ngħixu fiha u għalhekk tidħol ir-responsabbiltà ta’ kull wieħed u waħda minna. Qal li ħadd għadu ma sab tarf kif irażżan l-imxija mingħajr ma titkisser in-normalità ta’ ħajja.

Qal li l-każijiet żdiedu iżda s-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll u għalhekk għandna nibqgħu ngħixu ħajjitna iżda b’responsabbiltà.

Segwi l-konferenza stampa hawn:

Il-Prim Ministru b’konferenza tal-aħbarijiet dwar miżuri ġodda tal-Covid-19

DALWAQT: Il-Prim Ministru b’konferenza tal-aħbarijiet dwar miżuri ġodda tal-Covid-19

Gepostet von Television Malta am Freitag, 16. Oktober 2020