Barranin
Bastiment b’20 tunnellata kannabis issekwestrat f’Palermo

F’Palermo ġie ssekwestrat bastiment li kien qed iġorr aktar minn 20 tunnellata kannabis u 20,000 litru żejt bil-kutrabandu

Il-bastiment ‘Remus’, li jtajjar bandiera tal-Panama, kien fl-ibħra internazzjonali meta ġie eskortat fil-port ta’ Palermo.

L-ekwipaġġ, magħmul minn 11-il ċittadin mill-Montenegro, ġie arrestat.

Il-bastiment, li telaq mill-port ta’ Las Palmas, kien qed jiġi osservat meta tefa’ s-sistema ta’ monitoraġġ  tal-AIS – Automatic Identification System – malli wasal qrib il-kosta Afrikana. Kien hawnhekk li qamu suspetti kbar mal-gwardjani kostali Taljani.

 

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qalet li hemm xogħol iebes biex jingħelbu d-differenzi kbar li hemm mal-Unjoni Ewropea dwar il-fruntiera tal-Irlanda bit-tama li jintlaħaq ftehim għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea….

Kurżitajiet

Tivjaġġa kemm tivjaġġa, ħafna drabi pajjiż jimpressjonak mhux bil-postijiet storiċi, it-tradizzjonijiet u l-kultura, iżda wkoll bl-ikel li tiekol fit-tali pajjiż. Imma liema huwa l-itjeb platt?  Fejn tista’ ssibu?  Skont is-CNN,…

Ċina

Ċiniż spiċċa arrestat wara li qarraq b’familtu li taparsi miet. Mal-aħbar martu qatlet lilha nnifisha u lill-uliedha. Ir-raġel ta’ 34 sena kien maħsub mejjet wara li l-karozza nstabet fi xmara…

Barranin

Mill-inqas 10 persuni nqatlu u madwar 70 oħra ndarbu fi splużjoni ta’ bomba f’kulleġġ tal-istudenti f’Kerch, il-Krimea.  L-isplużjoni seħħet fil-canteen tal-kulleġġ. S’issa, l-awtoritajiet tal-Krimea, li sa mill-2014 ġiet okkupata mir-Russja,…

Aktar