Enerġija
Batteriji għall-ħażna ta’ enerġija rinnovabbli

Fil-budget, il-Gvern ħabbar li se jagħti għotja ta 25%, sa massimu ta’ €1,000, biex jinxtraw batteriji għall-ħażna tal-enerġija rinnovabbli.

Għal din l-għotja se jkunu eliġibbli l-familji li għandhom pannelli tax-xemx u skadielhom il-kuntratt li kellhom tal-feed-in-tariff.

TVM tkixxef dwar dawn il-batteriji u x’għandha tikkunsidra persuna qabel tinvesti fihom.

Permezz ta’ batterija apposta tista’ tinħażen l-enerġija li jipproduċu l-pannelli tax-xemx biex tintuża meta l-panelli ma jkunux qed jiġġeneraw enerġija.

L-Inġinier Matthew Spiteri spjega li residenza normalment ikollha sistema ta’ bejn sitta u tmien pannelli fotovoltajċi li jiġġeneraw bejn sitt u tmien units kuljum.

Żied jgħid li filwaqt li ammont ta’ dawk il-units jintużaw immedjatament mid-djar, il-bqija tal-units jistgħu jinħażnu f’batteries biex jintużaw aktar tard.

”Sistema ta’ batteries fost l-iżgħar li jistgħu jintużaw fid-djar għalkemm jista’ jkollok ta’ kull daqs, normalment tkun ta’ 2 to 3 units li qisha qed tixgħel il-kitla għal sagħtejn, sagħtejn u nofs kontinwament bla ma titfiha.”

Żied jgħid li r-residenza jrid ikollha inverter biex ibiddel l-enerġija u jaħżinha. Irid ikun hemm ukoll batterija magħrufa bħala l-battery bank.

“Il-battery bank trid tkun bejn wieħed u ieħor l-istess daqs ta’ dan l-invertor forsi daqsxejn ikbar u din tiġi placed jew ġewwa jew fil-garage, x’imkien fejn faċilment tista’ tisservicjha, tiċċekkjha u tqabbad is-sistema.”

Qal li importanti li dawn il-batteriji ma jkunux esposti għall-elementi għax dan inaqsilhom sew il-ħajja tagħhom.

“Batteries li jintużaw f’sistemi fotovoltajċi kif ukoll batteries bħal ma nsibu ġo l-ismart phones tagħna, batteries li nsibu fl-electric cars li jgħidulhom il-lithum iron batteries, dawn ikollhom lifetime ta’ madwar 10 snin.”

L-investiment f’sistema ta’ batteriji jvarja.

“Taf tvarja ħafna imma dejjem qed nitkellmu sistema bażika qed nitkellmu madwar €4,000 u €5,000 għal sistema bażika imma mbagħad tista’ tkompli tikber għal sistemi ikbar.”

L-inġinier Spiteri temm jgħid li persuna teknika tevalwa ħafna aspetti differenti qabel jiġi deċiż liema sistema tgħodd l-aktar għal residenza partikolari fosthom l-ispazju u l-konsum tal-elettriku f’dik ir-residenza.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Coronavirus qed jolqot sew l-Amerka Ċentrali li saret l-epiċentru tal-pandemija. Fi Gwatemala, żewġ saċerdoti missjunarji Għawdxin qalu li fl-aħħar ġimgħat, il-faqar kompla jgħolli rasu b’saħanisitra familji qed itajru bandiera bajda…

COVID-19

Sidien ta’ ristoranti li fetħu fi tmiem il-ġimgħa wara aktar minn xahrejn magħluqa qalu lil TVM li minkejja li kien bidu kwiet, iħossuhom pożittivi għaliex il-klijenti qed juru sinjali ta’…

COVID-19

Għalkemm il-virus Covid 19 għadu mhux megħlub għalkollox u l-vaċċin kontrih jista’ jieħu bosta xhur oħra sakemm jiġi żviluppat u tibda l-produzzjoni tiegħu, bosta pajjiżi reġgħu bdew ibexxqu l-bieb tas-sistema…

COVID-19

Wara aktar minn xahrejn mċaħħda milli jaraw lill-qraba anzjani tagħhom, għadd kbir ta’ qraba bdew jingħataw l-opportunità li jaraw lil qrabathom minn wara l-perspex. Il-Kap Eżekuttiv ta’ San Vincenz de…

Aktar