Battibekk bejn is-sindku tal-Gżira u l-kap eżekuttiv tal-MIDI

F’ittra elettronika li s-sindku tal-Gżira bagħat lill-Kap Eżekuttiv tal-MIDI kien żvelat li din il-kumpanija s-sena l-oħra ma tatx aċċess lill-kunsill lokali biex ikun jista’ jorganizza attività fuq Manoel Island. Is-sindku Conrad Borg Manchè ppubblika l-ittra fuq il-midja soċjali, liema ittra kienet indirizzata lill-Kap Eżekuttiv tal-MIDI Luke Coppini.

borg manche coppiniKien Coppini li bagħat l-ewwel lil Borg Manchè wara li dan tal-aħħar kien preżenti meta l-għaqda Kamp Emerġenzja Ambjent sgassat l-ilqugħ ta’ Manoel Island u daħlet tikkampja hemm. Coppini qal li ma kinx hemm bżonn vandaliżmu għax il-grada kienet miftuħa u kien hemm aċċess liberu għall-forti u x-xatt.

Madanakollu fir-risposta tiegħu s-sindku sostna li l-aċċess kien magħluq, kif fil-fatt ilu magħluq għal dawn l-aħħar 16-il sena. Borg Manchè stqarr li kien improbabbli li l-MIDI iddeċidiet li tiftaħ l-aċċess proprju dakinhar. Żied jgħid li l-attivisti kienu sempliċiment fetħu l-aċċess mingħajr ma kkawżaw ebda ħsara.

Filmati li nġibdu mill-membri ta’ Kamp Emerġenza Ambjent juru l-gradi tal-ilqugħ kollha magħluqa bil-katnazz, u l-membri qegħdin jiftħuhom bl-għodda.

Is-sindku żvela wkoll li s-sena li għaddiet talab lill-MIDI aċċess għal Manoel Island biex ikun jista’ jorganizza l-attivitajiet marbuta ma’ Jum il-Gżira. Stqarr li għalkemm l-ewwel risposta kienet fl-affermattiv, wara li kien lesta l-preparamenti kellu jikkanċella kollox.

Aħbarijiet Oħra
Turiżmu

Il-Maltin jivjaġġaw l-iżjed bl-ajru, u skont statistika tal-Eurostat, 63 fil-mija tal-vjaġġi tal-Maltin fl-2017 saru bl-ajru. Dan ipoġġi lil Malta fl-ewwel post, anke meta mqabbel ma’ gżejjer oħra. Fil-fatt, filwaqt li…

Qorti

Fil-Qorti llum ngħalqu l-provi kontra Liam Debono, li qed ikun akkużat bl-attentat ta’ qtil tas-Surġent Simon Schembri fil-15 ta’ Mejju 2018. Il-proċeduri issa mistennija jkomplu billi jinħareġ l-Att ta’ Akkuża…

Politika

L-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa li tirrappreżenta 47 pajjiż, approvat rapport kritiku dwar is-saltna tad-dritt f’Malta li tħejja mill-Parlamentari Olandiż Pieter Ormtzigt. Ir-rapport ġie approvat bit-72 vot favur, 18-il vot kontra…

Propjetà

Il-membru tal-Bord tal-Ippjanar tal-Awtorità tal-Ippjanar, Matthew Pace, mhuwiex preżenti għal-laqgħa tal-lum li fiha qed tkun diskussa l-applikazzjoni għall-proġett Townsquare t’Tas-Sliema. Il-ġimgħa li għaddiet il-Qorti tal-Appell sabet li s-Sur Pace kellu…

Aktar