Toroq
Bdew ix-xogħlijiet fuq l-Ispazju għall-Kunċerti fil-Malta National Park f’Ta’ Qali

Mat-80,000 metru kwadru ta’ art f’Ta’ Qali li hija parti mill-Park Nazzjonali ser tinbidel f’żona għall-attivitajiet tal-massa u ta’ rikreazzjoni għall-familja kollha. Dan il-proġett ser ikun lest is-sena d-dieħla u huwa parti minn proġett ferm akbar li ser jintegra l-attivitajiet sportivi u kummerċjali ma’ dawk rikreattivi f’Ta’ Qali.

Il-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali ser ikompli jikber b’żona ta’ madwar 80,000 metru kwadru li qabel kienet mimlija skart tal-kostruzzjoni. Din l-art ser tkun riġenerata biex fiha jsiru attivitajiet tal-massa u kunċerti, tant li ser ikun mgħammra b’diversi facilitajiet anke sportivi flimkien ma’ dawk rikreattivi ghall-familja kollha.

Il-Perit responsabbli mill-progett Nadia Curmi qalet li l-National Concert Area huwa progett sostenibbli minhabba li ser ikollu gibjun ghall-hazna tal-ilma biex minnu anke ssir t-tisqija ta’ 1,300 sigra, arbuxelli u pjanti li ser jinżergħu mad-dawra. Is-sistema ta’ irrigazzjoni se taħdem b’tekonoloġija moderna biex jinżamm kemm jista’ jkun baxx il-konsumm tal-elettriku.

”Ser ikollna sistema ta’ tunnels, culverts li fihom ser ikun hemm is-servizzi kollha biex din l-area tkun preparata biex meta xi ħadd jiġi biex jagħmel kunċert ikun hawn is-servizz kollha li wieħed jista’ jqabbad dirett magħhom, plug and play u ser tkun area ta’ rikreazzjoni.

Il-Kordinatur tal-Progett Jason Micallef qal li dan l-akbar prġgett ambjentali ser iżewweġ flimkien il-faċilitajiet kummerċjali, rikreattivi u sportivi.

”In-National Concert Area hija area bla preċedent f’Malta li sal-lum ma teżistix, imbagħad għandek l-upgrades tal-picnic area, tal-pitkalija, tal-farmers market . Ser ikollna żewġ cycle lanes l-ewwel tax-xorta tagħhom f’Malta, waħda għall-ġiri ta’ 4 kilometri madwar l-area ta’ ta’ Ta’Qali kollu u immedjatment taħtha għaċ-ċiklisti.

Il-Minsitru tal-Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Ian Borg qal li l-proġett tal-National Concert Area huwa parti minn proġett ferm akbar li ser jara r-riġenerazzjoni sħiħa taż-żona kollha ta’ Ta’ Qali.

”F’dan il-proġett f’din iż-żona biss qed naraw investiment ta’ ‘l fuq minn 12-il miljun ewro, jekk wieħed jieħu t-totalità tal-proġett kollu qed naraw li tista’ tlaħħaq is-60 miljun is-sitt żoni l-oħrajn . F’din iż-żona qed nantiċipaw li x-xogħlijiet ikunu lesti sal-aħħar tas-sena d-dieħla.

Il-Minsitru Ian Borg qal li b’dan il-proġett ser ikunu riġenerati aktar minn 420 elf metru kwardru ta’ art, ser jitneħħa l-ispazju għall-parkeġġ biex minflok dan isir taht l-art ħalli jiżdiedu ż-żoni rikreattivi. Spjega lix-xogħlijiet qed isiru mill-ħaddiema tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi.

Aħbarijiet Oħra

Mil-lum, kull min iġedded jew japplika għall-Karta tal-Identità Maltija se tinħariġlu waħda ġdida li hija teknoloġikament avvanzata li tinkludi fiha numru ta’ security features ġodda, immirati biex iħarsu aħjar l-identità…

“Is-suċċess li tkun implimentata strateġija għall-Korp tal-Pulizija ta’ Malta huwa ppruvat mill-fatt li l-Korp diġà beda jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Din hija wkoll xhieda ta’ kemm il-proċess għat-trasformazzjoni tal-istrateġija tal-Korp huwa…

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa 27 persuna f’Malta ħarġu pożittivi għall-Covid-19 minn fost 2,302 swab test. Ħabbru wkoll li 41 ruħ ġew dikjarati li fiequ mill-virus. Minn Marzu…

F’isem għadd ta’ ġenituri, edukaturi u ħaddiema, l-Avukat Dr Andre Borg ressaq illum quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, protest ġudizzjarju kontra l-aħħar direttivi tal-MUT u l-UPE. Il-protest ġudizzjarju qed jitressaq…

Aktar