Toroq
Bdew jitqiegħdu t-travi li se jifformaw l-ewwel pont tal-Marsa

Bdew jitpoġġew f’posthom it-travi li se jiffurmaw l-ewwel pont fil-junction tal-Marsa li mistenni jitlesta sa tmiem dan is-sajf. Waqt żjara fis-sit, il-Ministru tat-Trasport u l-Infrastruttura, Ian Borg, qal li l-pont se jkun fih erba’ korsiji bi tnejn minnhom jagħtu għal Santa Luċija u tnejn oħra għal Triq Garibaldi.

It-travi tal-konkos qed jinħadmu f’impjanti temporanji li nbdew apposta fil-post stess, filwaqt li l-liwjiet tal-pont, li se jkunu magħmula mill-azzar, qed jinħadmu barra u se jinġiebu Malta fil-ġimgħat li ġejjin.

Il-Ministru Borg qal li din hija t-tielet fażi tal-akbar proġett infrastrutturali fit-toroq li qatt sar fil-pajjiż li qed isir b’investiment ta’ 70 miljun ewro. Qal li fl-aħħar xhur avvanza ix-xogħol biex isiru t-42 pilastru ghas-seba’ strutturi ta’ flyovers u li sal-aħħar tal-proġett se jkunu tpoġġew 350 travu fil-post.

Dr Borg qal li dan il-progett, fost affarijiet oħra, għandu jtaffi l-konġestjoni tat-traffiku, u jnaqqas l-emissjonijiet tal-120,000 vettura li hu stmat li kuljum jgħaddu minn dawn it-toroq arterjali.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Mat-twaqqif tad-Dar tal-Kleru – residenza għal saċerdoti anzjani jew morda – twaqqfet ukoll il-komunità tas-Sorijiet imsejħa”Qaddejja taċ-Ċenaklu” li ilhom ħamsa u ħamsin sena jiddedikaw ħajjithom għas-saċerdoti f’din id-dar. TVM żar…

Lokali

Tibda l-ġimgħa li twassal biex jitla’ s-siparju fuq waħda mill-eqdem ċelebrazzjonijiet f’Malta . . . il-Karnival. Il-karru ewlieni, li juri r-Re tal-Karnival, ser ikun sar mill-istess idejn li ħadmu fuq…

Lokali

“Sunrise” – a socio contemporary comedy and monologue has opened. Humorous at times, this production is being staged at a theatre in Valletta. Described by The Guardian UK as an…

Lokali

Għoxrin sena mit-twaqqif tal-Fondazzjoni Kreattività qed jiġu ċċelebrati b’diversi proġetti fl-Ispazju Kreattiv il-Belt kif ukoll bi pjani biex ikompli jissaħħaħ il-qasam tal-kreattività. Matul din is-sena qed jitfakkar l-20 sena mit-twaqqif…

Aktar