Barranin
B’dieta stretta għax bilkemm jiflaħ jimxi

Sherman huwa qanfud li xahrejn ilu ttieħed fl-isptar Iżraeljan tal-annimali slavaġ fiż-żoo ta’ Ramat Gan Safari minħabba li bilkemm kien jiflaħ jimxi.

Tim mediku mill-ewwel intebaħ li ma kien hemm xejn ħażin f’saqajn il-qanfud, ħlief li kellu problema bil-piż.  Sherman jiżen 1.6 kg, kważi d-doppju tal-piż medju li jiżen qanfud, jiġifieri bejn 600-900 gramma.

Bħal 10 iqniefed oħrajn li ttieħdu fl-istess sptar fl-aħħar xhur, Sherman kellu joqħgod fuq dieta stretta b’eżerċizzju personalizzat u ikel ikkontrollat.

It-tim tal-isptar Iżraeljan qal li Sherman jirrappreżenta fenomenu li sar komuni fl-aħħar xhur minħabba li l-mammali bħalu qed ikollhom aċċess għall-ikel li jitħalla fit-toroq għall-qtates f’żoni residenzjali u spazji pubbliċi.

Skont it-tim mediku, il-konsegwenzi huma ħżiena, minħabba li l-qniefed b’piż eċċessiv ma jkunux jistgħux jiċċaqalqu b’ħeffa jew jitgerbu f’ballun biex jipproteġu ruħhom.

Sherman diġà tilef 120 gramma mindu wasal l-isptar, qal it-tim mediku li qed jieħu ħsiebu, li żiedu jgħidu wkoll li qed jittamaw li jitilquh fis-selvaġġ sas-sajf li ġej.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Waqt il-funeral tal-vittmi ta’ Genova, il-Ministru għall-Intern, Matteo Salvini qajjem furur sħiħ wara li ntlemaħ jieħu stessu. Salvini nqabad qed jieħu stessu ma’ tfajla, propju waqt il-funeral statali f’Genova. Kienu…

Barranin

Il-Ministru għan-Nisa u l-Viċi Ministru għat-Trasport ta’ New Zealand, Julie Anne Genter, qadfet ir-rota sal-isptar biex twelled. Genter, li tifforma parti mill-Green Party u temmen fl-użu tar-roti minflok il-karozzi, qalet…

Barranin

Il-vizzju tal-irġiel li jgħaddu l-urina mal-ħitan tat-toroq huwa komuni f’ħafna bliet, mhux b’inqas f’Pariġi. L-awtoritajiet ta’ din il-belt ippruvaw joħorġu b’soluzzjoni kontra r-riħa u l-iskandlu billi vvintaw pixxaturi fil-miftuħ. Dawn…

Kurżitajiet

L-isptar ta’ Mesa, fl-Ariżona, se jkollu nuqqas ta’ infermiera fit-taqsima tal-ITU hekk kif, 16-il infermeira nqabdu tqal fl-istess żmien u mistennija jixtru kollha bejn ix-xhur ta’ Settembru u Jannar. L-istaff…

Aktar