Politika
Bdiewa jimblukkaw id-daħla tal-Magħtab bi protesta – jiltaqa’ magħhom il-PM

Il-bdiewa li għandhom ir-raba’ fil-Magħtab, flimkien ma’ qrabathom, inġabru fejn id-daħla tal-Wasteserv fi protesta li fiha urew ir-rabja tagħhom għall-pjani tal-Gvern li jesproprja r-raba’ tagħhom għat-tkabbir tal-faċilitajiet tal-aġenzija li timmaniġja l-iskart.

Il-protesta saret l-għada li l-bdiewa għamlu protest ġudizzjarju fuq l-istess kwistjoni. Qalu li ilhom is-snin ibatu u issa ma jifilħux iżjed. Qalu li lesti jagħmlu minn kollox biex jipproteġu l-art agrikola li jaħdmu.

Mal-għoxrin bidwi qalu li mal-400 tomna art agrikola se tkun milquta mill-proġett tal-Wasteserv li inkludi l-inċineratur. Il-kelliem għal bdiewa Charlie Sciberras li ilu 40 sena jaħdem l-għelieqi fil-Magħtab u huwa fost l-20 bidwi li rċieva n-notifika tal-Wasteserv għall-esproprjazzjoni.

“Din l-aħħar biċċa li se tittieħdilna, biċċa enormi. Aħna l-bdiewa ilna 40 sena nsofru dawn il-konsegwenzi bit-teħid ta’ artijiet għal 40 sena u waslana fl-aħħar hux, ma nifilħux iżjed. Aħna qed nitolbu li ma tittieħed mank farka minnha. Il-Gvern għandu fejn jagħmel medda ta’ art daqs il-Belt Valletta, li jrid jagħmel jippjanta fuqha u jagħmel l-affraijiet fuqha. Fi tliet ġimgħat li ilhom imwaħħlin in-notifiki aħna ma ġejna kuntattjati mingħand ħadd.”

Preżenti għal din il-protesta kien hemm membri tal-Għaqda Bdiewa Attivi li taw l-appoġġ tagħhom lil dawn il-bdiewa.

“Il-bond li bidwi jkollu mal-art tiegħu ftit li xejn wieħed japprezzaha u ftit li xejn wieħed jista’ jifhimha. Dawn it-tmiem kollha ta’ raba’ se jittieħdu minn ħalq il-poplu Malti minħabba l-fatt li dan huwa raba’ li qed jipprovdilna l-ikel. Jiġifieri nkunu qegħdin ndardru l-għajn li nixorbu minnha, meta nieħdu anke tomna hija ħafna, aħseb u ara dawn il-mijiet ta’ tmiem kollha,” qal Malcolm Borg, kordinatur tal-Għaqda Bdiewa Attivi.

Preżenti għall-protesta kien hemm residenti, il-membri parlamentari Nazzjonalisti Edwin Vassallo u Robert Cutajar. Is-sur Cutajar beda petizzjoni bit-titlu Le għal aktar teħid ta’ art fil-Magħtab. Iktar tard wasal ukoll il-Prim Ministru Robert Abela u l-bdiewa ħadu lill-Prim Ministru jara r-raba’ tagħhom. Il-kwistjoni ser tkompli tkun diskussa bejn ir-rapprezentanti tal-bdiewa u l-Prim Ministru f’laqgħa li għandha issir nhar it-Tnejn.

Fl-aħħar jiem, il-Ministru għall-Ambjent, Aaron Farrugia, qal lil Television Malta li sittin fil-mija tal-art li mistennija tiġi espropjata se tintiża għal engineered landfill ġdida waqt li l-parti l-oħra se tintuża għall-faċilitajiet tal-Wasteserv fosthom l-inċineratur ġdid.

Ritratt: ONE

Aħbarijiet Oħra
Avjazzjoni

Il-Gozo Tourism Authority qed tappella biex ma jittieħdux deċiżjonijiet mgħaġġla f’dak li għandu x’jaqsam mal-aħbar li jaf jitnaqqsu l-ħaddiema tal-Air Malta fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-Covid-19. Filwaqt li tifhem il-preokkupazzjonijiet tal-kumpanija u…

Lokali

Il-Kunsill Malti għall-Arti ħabbar ir-rebbieħa għat-tielet edizzjoni tal-Premju għall-Arti, il-premju nazzjonali li jiċċelebra l-kisbiet tas-setturi kulturali u kreattivi. F’dawn iż-żminijiet straordinarji li qed ngħixu fihom minħaba l-imxija tal-COVID-19, iċ-ċerimonja tal-għotja…

Qorti

Natalie Bonello ta’ 45 sena wieġbet mhux ħatja li serqet anzjana iżda baqgħet taħt arrest minħabba biża’ ta’ intraċċ tal-provi. Il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Jonathan Ransley, qalet li hemm persuna oħra…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci se tkun qed tindirizza konferenza tal-aħbarijiet fin-12.30pm. Hi mistennija tagħti l-aħħar aġġornamenti tal-COVID-19 f’pajjiżna. Il-konferenza se tixxandar live fuq TVM, tvm.com.mt u fuq Facebook.

Aktar