Ambjent
Bdiewa se jingħataw l-għajnuna biex jiffrankaw l-ilma

Bil-għan li anke l-bdiewa u r-raħħala jiffrankaw mill-konsum tal-ilma, l-Aġenzija tal-Immaginjar u Konservazzjoni tal-Ilma nediet kampanja bi skema ta’ €750,000 apposta għalihom, li tagħmel parti mill-kampanja nazzjonali għall-konservazzjoni tal-ilma bit-tema “L-Ilma Ibda Minnek”.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma, Manuel Sapiano, qal li mill-iskema se jibbenefikaw 150 bidwi jew raħħal bl-ebda spejjeż għalihom. Spjega li kull attività agrikola magħżula se jsirilha investiment ta’ mhux aktar minn €5,000 f’interventi u apparat bil-għan li l-ilma jintuża bilgħaqal. L-interventi jvarjaw minn bidliet sempliċi bħal titjib fis-sistema tat-tisqija u xogħlijiet fil-ġibjuni.

“Uffiċjali mill-kampanja se jmorru jitkellmu ma’ dawn il-bdiewa jew raħħala. Flimkien magħhom jiżviluppaw il-miżuri li hemm bżonn minħabba li nemmnu li kull għalqa jew razzett huwa każ tipiku, każ differenti. L-involviment tas-sid li jħaddem dak ir-razzett huwa importanti biex il-miżuri li jiġu żviluppati jkunu jolqtu l-bżonnijiet partikolari ta’ dik l-attività.”

Is-Sur Sapiano qal li flimkien mal-bidwi jew raħħal se jsir monitoraġġ, bil-għan li jiġu identifikati l-miżuri meħtieġa. Qal li l-bdiewa jew raħħala jridu jkunu full-time, reġistrati mad-dipartiment tal-agrikoltura, l-art trid tkun tagħhom u u l-art trid tkun akbar min-nofs ettaru.

Il-Ministru għall-Enerġija u l-Ilma Joe Mizzi qal li s-settur agrikolu huwa wieħed mill-aktar li jikkonsma ilma. Qal li bl-interventi li se jsiru, il-bdiewa u r-raħħala se jnaqqsu n-nefqa tagħhom fuq l-ilma.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, Clint Camilleri, qal li b’miżuri bħal dawn qed tingħata għajnuna diretta lill-bdiewa u r-raħħala, waqt li qed titħares ir-riżorsa tal-ilma.

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sal-4 ta’ Ottubru u jistgħu jinkisbu online fuq ilma.org.mt, jew fiċ-ċentru nazzjonali għall-konservazzjoni tal-ilma ‘Għajn’ fir-Rabat.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

L-Oppożizzjoni qalet fi stqarrija li se titlob lill-Kumitat Parlamentari għall-fondi pubbliċi biex jinvestiga b’urġenza l-għoti tal-hekk imsejħa “golden handshake” lill-uffiċjali biex jirriżenjaw mill-impjieg. Dan wara, fost oħrajn, il-protest ġudizzjarju li…

Turiżmu

L-ogħla numru ta’ passiġġieri li daħlu Malta f’sena abbord cruise-liner mistenni jintlaħaq din is-sena. Bi kważi disa’ mitt elf passiġġier, il-Kap Eżekuttiv tal-Valletta Cruise Port, Stephen Xuereb, qal li l-2019…

Immigrazzjoni

Ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Italja ġew diskussi fl-ogħla livell f’taħditiet f’Ruma bejn il-President George Vella u l-President Sergio Mattarella propju fl-istess ħin li fuq il-baħar kienet għaddejja kwistjoni oħra…

Kronaka

Raġel weġġa’ gravi f’inċident f’Marsaxlokk. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.00pm fi Triq Delimara. Il-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 36 sena li jgħix il-Kalkara kien qed…

Aktar