Barranin
Bdil ta’ priġunieri bejn ir-Russja u l-Ukrajna

Ir-Russja u l-Ukrajna bi bdil f’numru ta’ priġunieri. Fost dawk meħlusa hemm 24 baħri Ukren u “persuna ta’ interess” fil-każ ta’ twaqqiegħ tal-ajruplan MH17 meta mietu 298 persuna li kienu abbord. Dan il-bdil ta’ priġunieri mistenni jtaffi t-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi ġirien.

Il-President Ukren laqa’ l-priġunieri Ukreni fl-ajruport u qalilhom li jeħtieġ jieħdu l-passi kollha sabiex tintemm din il-gwerra kerha. Ir-Russja qalet li kienet kuntenta li ċ-ċittadini tagħha rritornaw id-dar.

Ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi marret għall-agħar fl-2014 meta r-Russja għamlet ir-reġjun tal-Krimea parti minnha u ma baqax aktar jagħmel mal-Ukrajna u ribelli appoġġjati mir-Russja bdew rewwixta f’żewġ reġjuni fil-Lvant tal-Ukrajna. Aktar minn 13,000 persuna nqatlu fil-kunflitt f’Donetsk u Luhansk.

F’April, l-Ukreni eleġġew president ġdid, Volodymyr Zelensky li qal li l-ogħla prijorità tiegħu hi li jtemm il-kunflitt.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Apple, Tim Cook, ħabbar li s-sena d-dieħla l-kumpanija se tkun qed tiftaħ l-ewwel ħwienet tagħha fl-Indja. Hu ħabbar dan waqt laqgħa tal-azzjonisti, fejn qal li l-kumpanija kellha…

Barranin

L-Italja huwa uffiċjalment l-iktar pajjiż fid-dinja fejn il-virus qed jinxtered b’ rata mgħaġġla, saħansitra iktar miċ-Ċina, minn fejn beda. Ilbieraħ l-Italja rat żieda ta’ 25% f’każi ġodda ta’ Covid-19, fejn sa…

Barranin

Mil-lat internazzjonali aktar pajjiżi ewropej irrapurtaw każijiet ta’ Coronavirus. Fl-Italja, l-imwiet telgħu għal tnax waqt li hemm 400 każ ta’ Coronavirus, fosthom sitt itfal. Dan ma wassalx lill-pajjiżi ġirien biex…

Barranin

Għadd ta’ pajjiżi Ewropej ħabbru li għandhom l-ewwel każijiet ta’ coronavirus u lkoll jidhru li huma assoċjati mal-imxija tal-virus li bdiet fl-Italja. L-Awstrija, il-Kroazija u l-Iżvizzera qalu li l-każijet jinvolvu…

Aktar