Kultura
Beauty and The Beast b’differenza – akkumpanjat mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta

Il-film fenomenali ta’ Disney, Beauty and The Beast, li sentjen ilu kien fost l-aktar films popolari fis-swali taċ-ċinema f’Malta, se jkun rrappreżentat b’mod mill-iżjed mużikali mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta nhar is-Sibt fl-MFCC f’Ta Qali.

Beauty and the Beast hu film tal-kumpanija Disney li sentejn ilu kien l-aktar film li rawh Maltin fis-swali taċ-ċinemas lokali fejn dam jintwera għal tlettax-il ġimgħa infila.

Is-Sibt li ġej, fiċ-Ċentru tal-Fieri u l-Konvenzjonijiet f’Ta’ Qali, l-orkestra filarmonika ta’ Malta se toffri spettaklu għall-familja imnebbaħ minn dan il-film, billi ddoqq “live” għall-film li fih jieħdu sehem atturi bħal Emma Watson, Dan Stevens, Luke Evans, Kevn Kline, Josh Gad u Ewan McGregor.

Iċ-Chairman tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, Sigmund Mifsud, spjega li l-film se jintwera fl-istess ħin li l-mużiċisti taħt il-bakketta ta’ Kevin Abela se jdoqqu l-mużika li takkumpanjah.

Id-Direttur Orkestra Filarmonika ta’ Malta, Sigmund Mifsud  qal ”dak kollu li għandu x’jaqsam mal-mużika ħa jkunu qed jarawha u jisimgħuha live u qed jaraw ukoll live lill-orkestra filarmonika ta’ Malta flimkien ma’ Kor Malta.”

Il-kantanti ta’ Kor Malta se jkunu protagonisti fl-attività bil-koristi professjonali ta’ etajiet varji jinterpretaw is-sound track tant popolari u tal-widna, bil-mużika oriġinali ta’ Alan Menken. Ray Calleja minn Kor Malta qal li l-esperjenza mużikali se tkun maġika u unika.

”Fil-prinċipju tiegħu Kor Malta huwa bbażat fuq entita ta’ Kor li l-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta kienet diġà tgħaqqad hi meta kien ikollha dawn it-tip ta’ spettakli issa qed nibnu fuqhom, saru l-awdizzjonijiet, Kor Malta għandu id-direttur artistiku tiegħu…”

“Be Our Guest” u “Tale as Old as Time” huma tnejn mis-siltiet popolari mistennija mill-udjenza.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn għada se tibda tiswijiet fis-sistema ta’ katusi f’qiegħ il-baħar li jintuża għar-rimi ta’ drenaġġ trattat mill-impjant ta’ Għawdex. Il-ħidma delikata li għandha tieħu madwar tliet ġimgħat…

Kronaka

Raġel ta’ 33 sena weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur f’Birkirkara. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq il-Wied għall-ħabta tal-4.45pm. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li s-sewwieq, li jgħix il-Pietà, kien qed isuq…

Saħħa

F’Malta hawn madwar 7,000 persuna li għandhom id-demenzja, bl-istudji juru li l-għadd mistenni jiżdied għal mill-inqas 13,000 sal-2050. L-esperti jemmnu li din hija biss ix-xifer tal-istampa, minħabba li għadd ta’…

Stejjer Umani

Għalkemm il-Maltin ikunu qed jistennew is-sajf bil-ħerqa biex jaqtgħu xi ftit mir-rutina ta’ kuljum tax-xogħol, mhux l-istess jista’ jingħad għal Alfred Attard li ilu aktar minn 40 sena jiġbor il-melħ…

Aktar