Knisja Maltija
Beda t-tieni fażi ta’ restawr fuq il-kapolavur ta’ Lorenzo Gafà fiż-Żejtun

Beda ix-xogħol fuq t-tieni fażi tar-restawr fil-knisja ta’ Santa Katerina taż-Żejtun li qed isir mid-direttorat tar-restawr anke għaliex din il-knisja Barokka hija meqjusa bħala kapolavur arkitettoniku ta’ Lorenzo Gafà tas-seklu tmintax.

Bdiet it-tieni fażi tar-restawr fil-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katerina fiż-Żejtun, wara li tlesta r-restawr tal-faċċata tal-ġenb tal-knisja.

Il-Perit Daphne Fenech mid-direttorat tar-restawr tal-Ministeru tal-Kultura qalet li r-restawr fuq il-faċċata tat-tramuntana tal-knisja huwa simili għal dak li twettaq fl-ewwel fażi li kien jinvolvi diversi interventi fuq il-ġebel u l-lavur.

”Il-ġebla hija ħafna fraġli u fil-fatt kellna nikkonsolidaw biex kemm jista’ jkun nżommu l-ġebla originali f’postha, kellna wkoll innadfu għax minħabba li kienet triq traffikuża ħafna kien hemm ħafna dħaħen li jeħlu mal-ġebla li jagħtu dehra ta’ knisja mitluqa.”

Il-knisja ta’ Santa Katerina fiż-Żejtun hi kapulavur arkitettoniku tal-Perit Lorenzo Gafà u ġawhra arkitettonika tal-era barokka. Il-bini tagħha tlesta fl-1779 wara kważi 90 sena mit-tqegħid tal-ewwel ġebla.

Il-konservazzjoni u r-restawr tat-tieni ġenb tal-knisja hu stmat li se jiswa madwar mija u ħamsin elf ewro u se jitħallas minn fondi tal-Gvern ċentrali.

Il-Perit Fenech qalet li x-xogħol ta’ restawr fuq il-knisja huwa estensiv u għalhekk ix-xogħol qed isir f’diversi fażijiet.

”Il-knisja tintuża u titgawda mill-poplu u biex ikollok knisja li tagħmel sentejn tlieta bl-iscaffolding ma tintlaqax tajjeb ukoll allura hekk tkun tista’ tagħmel fażi fażi, il-knisja xorta tkun tista’ tintuża fil-festi u hekk int tkun tista’ tfassal ix-xogħol b’mod aħjar.”

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici qal li d-Direttorat tar-Restawr għaddej b’għadd ta’ proġetti biex jirrestawra binjiet storiċi li jinsabu madwar Malta, speċjalment dawk li għandhom sinifikat storiku kbir. Huwa qal li d-Direttorat diġà ħadem fi kważi tliet terzi tal-lokalitajiet f’Malta u Għawdex u radd ħajr lill-ħaddiema tal-isforzi tagħhom biex jirriġeneraw il-postijiet storiċi.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Studju internazzjonali wera li l-każi li l-kanċer tal-għonq tal-utru qegħdin jonqsu drastikament tant li hu maħsub li din il-marda tista’ tiġi eradikata. Dan huwa grazzi għat-tilqima li tingħata lit-tfajliet kontra…

Tfal

Skont l-aġenzija appoġġ, madwar mitt tifel u tifla ngħataw għall-kura għand foster carers wara talba mill-ġenituri tagħhom stess minħabba li spiċċaw f’diffikultajiet fosthom mard serju jew spiċċaw bla saqaf fuq…

Edukazzjoni

L-edukazzjoni ma tieqafx mal-età obbligatorja! Id-Direttorat tat-Tagħlim Tul il-Ħajja beda jilqa’ applikazzjonijiet mingħand adulti li fis-sena skolastika li jmiss jistgħu jsegwu xi wieħed minn 450 kors, kemm f’oqsma akkademiċi kif…

Kronaka

Il-Pulizija jidher li tinsab viċin li ssolvi omiċidju li jmur lura ħdax-il sena. Il-każ jitratta tfajla li ilha rappurtata nieqsa mill-2008 u minn investigazzjonijiet li saru fl-aħħar jiem irriżulta li…

Aktar