Lokali
Beda x-xogħol fuq ir-Range tal-Isparar f’Ta’ Kandja

Waqt konferenza tal-aħbarijet fil-Kottonera Sport Complex, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima saħaq kif il-Budget se jkompli jkabbar l-oqsma tal-isport, taż-żgħażagħ u kif ukoll il-qasam tal-għaqdiet tal-volontarjat.

Is-Segretarju Parlamentari qal li din is-sena bdiet l-ewwel fażi tal-proġett tax-Shooting Range f’Ta’ Kandja li se tkun lesta biex tospita f’Malta l-Kampjonat Dinji tal-Isparar f’Ġunju li ġej.  Sostna li ħarġu permessi biex fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera tinbena pixxina ta’ daqs olimpiku biex Malta tkun fost l-aqwa destinazzjonijiet għat-turiżmu sportiv.

Dr Grima qal li żdiedu n-numru ta’ kowċis, ġew offruti iktar programmi għall-anzjani u ġew rinnovati diversi faċilitajiet b’infrastruttura aħjar bħal per eżempju fil-Pixxina Nazzjonali, il-Padiljun tal-Basketball f’Ta’ Qali u kif ukoll il-faċilitajiet tal-Lotta fin-Naxxar.  Sostna li kif wiegħed il-Gvern, se jsir ir-resurfacing tat-Telgħa tal-Imtaħleb b’investiment ta’ madwar €500,000.

Proġetti oħrajn li semma Dr Grima jinkludu l-investiment ta’ madwar €1 miljun fis-sit tal-iskola Maria Assunta fil-Ħamrun fejn qed titlesta l-ewwel fażi tas-Snooker Hall u l-Handball Court u l-komunità ta’ Marsaskala ser tkun qed tibbenefika mix-xogħol li ser jitlesta fuq il-pitch tal-football b’investiment ta’ madwar €2.5 miljun.

Is-Segretarju Parlamentari qal li l-Ghaqdiet Sportivi tal-Għawm u l-Waterpolo ser igwadu minn investiment ta’ €500,000 hekk kif is-Squash Courts tal-Pixxina Nazzjonali jkunu mgħammra bl-arja kkundizjonata u riżerva tal-ilma.

Dr Grima qal li matul din is-sena ser tkun qed tiġi mressqa wkoll fil-Parlament għall-emendi l-Liġi tal-Volontarjat li kienet daħlet fis-seħħ fl-2007. Għal dawn l-emendi, is-Segretarju Parlamentari qal li sar xogħol u konsultazzjoni tul dawn l-aħħar snin u b’hekk ser jissaħħaħ l-operat tas-settur filwaqt li jindirizzaw aspetti varji li ħarġu mill-Att waqt it-tħaddim tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-qorti ordnat kumpens ta’ €463,465 għal tfajla li spiċċat fuq siġġu tar-roti wara inċident fil-Qawra. It-tfajla; Vladyslava Kravchenko, disa’ snin ilu kienet f’party ħdejn Fra Ben, meta l-apparat tad-dawl waqa’…

Lokali

Mara ta’ 68 sena sofriet ġrieħi gravi wara li ttajret f’San Ġwann. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.15 fi Triq Birkirkara. Il-Pulizija marru fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li mara ta’…

Lokali

Bil-festini tal-Milied jinsabu fl-aqwa tagħhom, għadd ta’ entitajiet ngħaqdu flimkien f’kampanja preventiva biex min se jixrob ma jsuqx għax fi kliemhom il-ħajja mhijiex logħba. Il-ħajja mhix logħba . . ….

Lokali

L-MUT u l-MCAST se jkomplu jitkellmu sabiex tinstab soluzzjoni Il-Union tal-Għalliema, l-MUT, issospendiet id-direttiva biex nhar il-Ġimgħa jsir strajk ta’ ġurnata mill-għalliema fl-MCAST minħabba nuqqas ta’ qbil dwar il-ftehim kollettiv…

Aktar