Toroq
Beħsiebek tgħaddi minn hawn illejla?

Bejn it-20:00 tal-lejla sat-8 ta’ għada, is-Sibt filgħodu, se jibda jintrama fil-post il-gverta ta’ 105 metru tal-pont il-ġdid għall-mixi u r-roti fi Blata l-Bajda.

Dan il-proġett qed isir biex tingħaqad din iż-żona tal-Ħamrun mal-Għolja ta’ Spencer u l-inħawi tal-Menqa, fil-Furjana u l-Marsa.

Il-karreġġjata tan-nofsinhar ta’ Triq San Ġorġ Preca (mill-Furjana lejn Triq Diċembru 13, il-Marsa) se tkun magħluqa waqt dawn ix-xogħlijiet.

Is-sewwieqa qed jiġu mitluba jsegwu t-tabelli lejn ir-rotta alternattiva mit-Telgħa ta’ Spencer u Moll il-Ħatab.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-mediċina u l-ikel huma fost l-aktar prodotti essenzjali li mingħajrhom Malta ma tgħaddix fi żmien ta’ pandemija. Tliet xufiera Maltin li jaħdmu ma’ kumpanija lokali tal-loġistika rifsu Malta għall-ewwel darba…

Lokali

Fil-fehma tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi, il-ġlieda kontra d-droga u l-kultura tal-flus huma kruċjali biex iż-żgħażagħ ma jaqbdux it-triq tal-kriminalità li studju juru li jekk jidħlu fiha minn…

Kronaka

Il-pulizija qed tfittex raġel li wara nofsinhar daħal jisraq minn dar ta’ anzjana f’San Ġiljan. Il-pulizija qalet li ġiet informata bis-serqa minn residenza fi Triq Ċensu Tabone li tinsab fiż-żona…

Infrastruttura

Dik li kienet il-Biċċerija l-Antika lejn in-naħa t’isfel tal-Belt, mix-xahar id-dieħel se tkun il-Valletta Design Cluster – proġett li ser ikun wirt ieħor li jibqa’ minn fost kullana ta’ inizjattivi…

Aktar