Kurżitajiet
Beħsiebek tgħum hawn is-sajf li ġej?

Il-bajja ta’ La Pelosa fi Stinto, f’Sardenja jfittxuha ħafna hekk kif toffri veduti mill-isbaħ, ilma ċar daqs il-kristall u ramel bajdani.

Iżda mis-sena d-dieħla, dħul fil-bajja se jibda jkun bi ħlas.

Din l-aħbar ħabbarha s-sindku Antonio Diana fejn qal li se tibda tittieħed miżura bi ħlas biex tikkontrolla l-folol.

Il-komun mhux se jippermetti aktar minn 1,500 persuna jgawdu l-bajja f’daqqa, dan biex jagħti ftit tan-nifs lill-ekosistema tal-post.

Huwa maħsub li l-biljetti se jiswew mal-€4 għal kull persuna eskluż it-tfal.

Din mhux l-ewwel miżura li ttieħdet mir-reġjun biex tibża’ aħjar għall-bajjiet. Ħadd ma jista’ jpejjep fuq il-bajjiet u lanqas jistgħu jinżlu l-bejjiegħa jduru ma’ min qed igawdi l-baħar.

Barra minn hekk, saru wkoll sforzi biex il-gvern jerġa’ jieħu lura art meħuda illegalment madwar jew fuq il-bajjiet.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Teknoloġija

Jekk kont taħseb li reat kriminali jinvolvi biss qtil, kull xorta ta’ vjolenza, jew frodi, mela għarralek. It-teħid ta’ data mingħajr permess huwa meqjus bħala reat kriminali daqstant ieħor gravi….

Televiżjoni u Radju

Daħk, emozzjonijiet, rebħ ta’ rigali, spettaklu, u kurżitajiet, imwasslin ġo djarkom mingħand Ryan u Josmar kull nhar ta’ Sibt waqt ‘Sibtek’. Din il-ġimgħa, fost l-oħrajn, Kersten u Shanice, koppja miżżewġa…

Aktar