
Barranin
Beijing issir l-iktar belt fid-dinja li fiha jgħixu biljunarji
Skont klassifika ta’ Forbes, Beijing issa hija l-iktar belt fid-dinja li fiha jgħixu biljunarji.
Filwaqt li s-sena l-oħra fil-belt kapitali taċ-Ċina kienu jgħixu 33 biljunarju, din is-sena dan l-ammont tela’ għal 100.
B’din il-klassifika Beijing issa għaddiet lil New York bi żbrixx, fejn fiha hemm jgħixu 99 biljunarju. Din hija l-ewwel darba f’seba’ snin li New York ma kklassifikatx fl-ewwel post.
Din iż-żieda fil-biljunarji tista’ possibilment tkun attriwbita għall-mod effettiv li bih iċ-Ċina kkontrollat il-pandemija u ż-żieda fil-kumpaniji tagħha tat-teeknoloġija u s-swieq finanzjarji.
Minkejja li f’Beijing jgħixu iktar biljunarji minn New York, il-ġid magħdud tagħhom huwa $80 biljun inqas minn dak tal-Amerikani.