Lokali
Bejn 10% u 15% tat-tfal ibatu mill-Ekżema li għad ma teżistix kura għaliha

F’Malta, bejn 10 u 15-il tifel u tifla minn kull mija jbatu mill-Ekżema li għad ma teżistix kura għal din il-kundizzjoni tal-ġilda. Fil-Jum Dinji ddedikat għall-Ekżema, il-Malta Eczema Society appellat lill-awtoritajiet biex tinkludi persuni bl-ekżema fil-lista mard kroniku biex jibdew jirċievu medicina mingħajr ħlas.

L-Ekżema – kundizzjoni tal-ġilda li tinkludi raxx, ħmura, infjammazzjoni, ġilda xotta u f’xi każi ħakk li ma jħallikx torqod bil-lejl – taffettwa bejn għaxra u ħmistax fil-mija tat-tfal Maltin u madwar ħamsa fil-mija tal-adulti.

Is-Segretarja tal-Malta Eczema Society, Melissa Zarb qalet li l-Ekżema taffettwa l-iżjed it-tfal, iżda tista’ toħroġ ta’ kull età.

“Nikkalkulaw li kuljum persuna li tbati bl-Ekżema għandha tliet sigħat biex tikkura l-Ekżema. Ikun hemm problemi mhux just għall-pazjent – anke min jieħu ħsieb lill-pazjent speċjalment ikollok tfal żgħar, toddlers – għandek sa 6 years hemm min ibati bl-Ekżema mindu jitwieled sa 6 snin imbagħad hemm tendenza li tieqaf però hemm min ikompli”.

L-Ekżema tista’ tiżviluppa minn reazzjoni għal elementi esterni bħall-metall u l-fwieħa li ma jkunx jaqblu mal-persuna. Tip ieħor ta’ Ekżema hija dik kronika li ġeneralment tintered.

Dr Michael Boffa, Konsulent tad-Dermatoloġija u President tal-Malta Eczema Society qal li s-soċjetà għandha mal-500 membru u għandha l-għan li toħloq kuxjenza dwar il-kundizzjoni, inkluż għarfien dwar x’jistgħu jagħmlu l-pazjent biex itaffu mill-iskumdita’ li toħloqilhom il-marda.

Dr Boffa qal li s-Soċjetà ilha snin twal tilmenta li mingħandu l-Ekżema mhux inkluż fil-lista ta’ mard kroniku għaldaqstant mhux eliġibbli għal mediċina mingħajr ħlas.

“Għaliha pazjenti li jkollhom mard kroniku ikunu intotlati għal trattament b’xejn u din inħossu li hija diskriminatorja għax pazjenti b’kundizzjonijiet oħrajn tal-ġilda, per eżempju psoriasis bir-raġun huma intitolati iżda min ibati bl-Ekżema mhumiex.”

Dr Boffa qal li fil-jiem li ġejjin ser issir kampanja t’għarifien dwar l-ekżema f’numru ta’ spiżeriji.

Aħbarijiet Oħra
Budget

Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna qal li l-Budget ippreżentat ilbieraħ u r-reazzjoni ġenerali għalih huma turija li l-Gvern hu konxju tal-isfidi, l-opportunitajiet u l-ħtiġijiet tan-nies. F’konferenza tal-aħbarijiet l-għada tal-Budget, il-Ministru Scicluna…

Saħħa

Kull sena f’Malta jfeġġu madwar 20 każ ta’ kanċer fit-testikoli. Hu stmat li kull sena jmutu żewġt irġiel b’dan il-kanċer. Stħarriġ li sar ix-xahar li għadda wera li tnejn minn…

Kronaka

Lejlet it-tieni anniversarju mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia tnieda rapport imħejji minn Reporters Without Borders u The Shift News dwar ċ-ċirkostanzi li fihom seħħ il-qtil, l-investigazzjoni li saret dwaru, ir-reazzjoni…

Immigrazzjoni

L-AFM għaddejja b’operazzjoni ta’ salvataġġ biex issalva 76 immigrant, fosthom 15-il mara li wħud minnhom qed iġorru tarbija, li jinsabu f’diffikultà bejn sema u ilma. Id-dgħajsa, li fuqha jinsabu l-immigranti,…

Aktar