Lokali
Bejn 30 u 40 persuna f’Malta jmutu b’suwiċidju kull sena

Għalkemm ma jiġux irrappurtati, kull sena f’Malta bejn 30 u 40 persuna jmutu b’suwiċidju. Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidji, twaqqfet il-Fondazzjoni Nazzjonali Sokkors fil-Pront bl-għan li tgħin lill-persuni li jkunu qed jaħsbu li jagħmlu suwiċidju jew li jkunu għaddejjin minn mument ħażin ħafna fis-saħħa mentali tagħhom.

Statistika tal-Crisis Resolution Malta turi li f’Malta jsiru medja ta’ tliet suwiċidji kull xahar li huma kollha mwiet li setgħu jiġu evitati.

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidji, tnediet il-Fondazzjoni Nazzjonali Sokkors fil-Pront għall-prevenzjoni tas-suwiċidji. Il-Fundatur tal-Fondazzjoni, il-Psikjatra Dr Mark Xuereb, qal li l-Fondazzjoni tagħti għajnuna lil min ikun fi kriżi minħabba problemi mentali, għajnuna lil dawk li jkunu pruvaw jagħmlu suwiċidju, u lill-qraba ta’ persuni li jkunu mietu b’suwiċidju jew li jkunu ppruvaw jagħmlu suwiċidju u anke lil dawk li jagħmlu feriti fuqhom infushom. Spjega li l-Fondazzjoni qed titħarreġ mill-Befrienders Worldwide u s-Samaritans UK.

Sostna li f’Malta qed tikber ix-xejra li jiżdied is-suwiċidju fost iż-żgħażagħ bejn il-15 u l-25 sena.

Huwa spjega li l-Fondazzjoni Nazzjonali Sokkors fil-Pront qed taħdem biex ikollha numru tat-telefon għal emerġenza għal nies li jkunu qed jaħsbu li jwettqu suwiċidju u għall-qraba tagħhom.

Dr Mark Xuereb qal “ħa nagħmlu crisis line li dan idelament ikun ta’ 3 numri. Għandna nies multidixxiplinarji u mhux biss tobba u psychologists, dawk importanti, però ekonomisti, avukati, nies mill-kamp tal-edukazzjoni, nies mill-kamp soċjali, biex aħna l-iskill mix ikun mod li nistgħu nagħtu l-aħjar servizz biex nilħqu l-iskop tal-Fondazzjoni.”

Għat-tnedija ta’ din il-Fondazzjoni, il-kantant Joe Demicoli kiteb u kkompona kanzunetta bl-isem ta’ Irridek Tgħix wara li huwa stess kien għal diversi snin kien ibati minn dipressjoni.

Joe Demicoli qal “għaddejt minn mard mentali għal 6, 7 snin. Jekk ma tkunx għaddejt minnha l-marda diffiċli ħafna biex tifhem id-dwejjaq li tkun għaddej minnhom, avolja tkun qed tidħaq u tiċċajta man-nies, imma deep down, hekk fl-għeruq tiegħek hemm xi ħaġa sewda l-ħin kollu, id-dinja kollha sewda. Ma tista’ tieħu pjaċir imkien. Tidħaq ta’ imma qas nista’ nfhemha. Trid tkun għaddej minnha.”

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ħabbret li madwar id-dinja kull 40 sekonda persuna taghmel suwiċidju u l-maġġoranza f’età taħt il-45 sena. Tabiba tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa Alexandra Fleischmann qalet li hu ta’ tħassib li s-suwiċidju qed jiżdiedu sew fost it-tfajliet fl-etajiet bejn il-15 u d-19-il sena.

Dr Alexandra Fleischmann qalet “more than half of suicide occur in the younger ages, which is below the age of 45 years. And Notably, for young girls of 15 to 19-year old, we have suicide as the second leading cause of death. So, this is very sad news actually, for the teenage girls.”

Ir-rapport tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa juri li fil-pajjiżi żviluppati, l-irġiel jwettqu suwiċidju tliet darbiet iżjed min-nisa, b’kuntrast mal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, fejn ir-rata tas-suwiċidji bejn l-irġiel u n-nisa hi indaqs. L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ħeġġet lill-gvernijiet madwar id-dinja biex jadottaw pjani ta’ prevenzjoni tas-suwiċidji billi jgħinnu lin-nies jindirizzaw l-istress.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Għalqu il-postijiet tal-votazzjoni fir-Renju Unit hekk kif l-elettroat ivvota fit-tielet elezzjoni ġenerali f’inqas minn ħames snin. L-elezzjoni li saret l-ewwel darba f’Diċembru fi kważi seklu issegwi l-elezzjonijiet preċedenti tal-2015 u…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ħass li kellu jattendi għas-summit tal-Kunsill Ewropew għax hu l-Prim Ministru tal-pajjiż u xogħlu huwa li jirrappreżenta lil Malta. Huwa qal dan fl-isfond li…

Politika

Iż-żewġ kandidati għat-tmexxija tal-Partit Laburista: Chris Fearne u Robert Abela ddikjaraw li Konrad Mizzi mhux ser jkun fil-kabinett tagħhom għalkemm jibqa’ fil-grupp parlamentari Laburista. Intervistati fil-programm Dissett, Dr Fearne u…

Lokali

Il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni GO qalet li minħabba ħsarat is-servizzi tal-internet kemm dak fiss, kif ukoll tal-mobile mhumiex qegħdin jaħdmu. Fuq Facebook il-kumpanija qalet li konsegwenza ta’ din il-ħsara, iċ-channels diġitali tal-call centre huma…

Aktar