Statistika
Bejn April u Ġunju mietu 3 sewwieqa u 3 passiġġieri f’inċidenti tat-traffiku

Minkejja ż-żieda fit-traffiku, ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fit-tieni kwart tas-sena bejn April u Ġunju kien hemm tnaqqis żgħir fl-inċidenti tat-traffiku u fil-korrimenti fihom. Iċ-ċifri juru li f’dawn it-3 xhur, 3 sewwieqa u 3 passiggieri tilfu ħajjithom kaġun ta’ inċidenti tat-traffiku, 3 persuni inqas mill-fatalitajiet tat-traffiku fl-istess 3 xhur tas-sena l-oħra.

Mill-istatistika joħroġ li 4 mill-persuni li tilfu ħajjithom f’dawn l-inċidenti kienu nisa. Tnejn mill-vittimi kienu sewwieqa, tnejn oħra kienu passiġġieri, sewwieq ta’ mutur u persuna li kienet riekba fuq mutur.

Fl-ewwel sitt xhur tas-sena, seba’ persuni mietu f’inċidenti tat-traffiku. Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, bejn April u Ġunju kienu rappurtati 3,818-il inċident tat-traffiku, 19-il inċident inqas mill-istess perjodu tas-sena l-oħra. 421 persuna korrew f’dawn l-inċidenti iżda anke hawnhekk kien hemm tnaqqis meta mqabbel mas-sena l-oħra meta kienu korrew 470 persuna.

Mill-istatistika joħroġ ukoll li l-akbar għadd ta’ inċidenti ġraw fil-jum tal-Ħamis. Birkirkara, Ħal Qormi u San Pawl il-Baħar kienu l-aktar 3 lokalitajiet li kellhom inċidenti tat-traffiku bejn Ġunju u April li għadda.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

F’vidjo li qed jiċċirkola fuq il-midja soċjali, raġel jidher iwaddab il-petrol fuq karozza u jġibha ħuġġieġa nar. Kelliema għall-Pulizija ikkonfermat ma’ tvm.com.mt li l-każ seħħ il-Ħadd fit-tlieta neqsin kwart ta’…

Tfal

Ġimgħatejn ‘l bogħod mill-Milied, il-professjonisti u l-ħaddiema tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, l-FSWS sibnihom iħejju wħud mill-mijiet ta’ rigali li rċevew mingħand għexerien ta’ benefatturi li laqgħu l-istedina tal-Aġenzija Appoġġ…

Saħħa

Investiment ta’ nofs miljun ewro se jwassal għal-riforma fis-servizz respite għall-familji li jieħdu ħsieb l-anzjani qraba tagħhom f’darhom stess. Is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis qal…

Annimali

BirdLife Malta varat kampanja biex il-pubbliku jibda jirrapporta l-‘bird callers’ – apparat elettroniku li jagħmel ħoss ta’ tisfir tal-għasafar u jintuża għall-kaċċa u l-insib. Fi stqarrija BirdLife saħqet li din…

Aktar