Bejt fl-Università jinbidel fi ġnien

Proġett li ilu għaddej sena fuq il-bejt tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni fl-Università jaħseb biex permezz tal-pjanti li jitkabbru b’materjal partikolari li mhuwiex ħamrija, tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-energija waqt li jonqos l-għargħar.

Il-LifeMed Green Roof Project beda madwar sena ilu u l-pjan hu li sas-sajf li ġej ikun lest. Il-progett li jiswa ftit iżjed minn €800,000, nofshom imħallsa mill-programm  Life+ tal-Unjoni Ewropea u nofs mill-Università u sħab oħrajn, jaħseb biex b’mod differenti mis-soltu jitħawlu pjanti biex b’hekk jimtela’ l-bejt tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni.
Il-Project Manager, Antoine Gatt, spjega l-ħsieb wara dawn il-green roofs. “Inħass il-ħtiega li l-problema tal-overdevelopment titnaqqas bl-użu tal-green roofs. Il-green roofs għandhom diversi benefiċċji fosthom illi tnaqqas il-carbon footprint tal-bini u anke li tnaqqas l-għargħar wara ftit xita.”
Is-Sur Gatt qal li ma ntużatx ħamrija, kemm minħabba l-piż u anke minħabba li din titballat. “80% minnu jkun inorganics, tipo ħaffiefa jew lapillo li huwa forma ta’ żrar u bħala materjal huwa ħafif, u għandu persentaġġ żgħir ta’ compost u peat substitute li jitħallat għall-benefiċċju tal-pjanti li qed nużaw fuq il-bejt,” spjega s-Sur Gatt.
Fl-aħħar sena l-progett LifeMed Green Roof ikkonċentra fuq it-testijiet tal-materjali li jintużaw għal green roofs.  Qed isiru testijiet fuq pjanti lokali specjalment minħabba l-fatt li fuq il-bjut il-klima hi ħarxa ħafna u l-pjanti jkunu esposti għall-elementi tan-natura.
Wara li se jsiru t-testijiet fuq dawn il-pjanti, il-pjan hu li sas-sajf li ġej l-green roof ikun tlesta u jkun miftuħ għall-istudenti, l-għalliema u wkoll għall-pubbliku.
Aħbarijiet Oħra
Lokali

It-temi marbuta mal-Unjoni Ewropea li fl-aħħar jumejn ġew diskussi fil-Kunsill Ewropew fi Brussell, qed ikomplui jiġu diskussi llejla f’Villa Francia f’Ħal-Lija, f’working lunch bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Prim…

Brexit

L-aħħar Kunsill Ewropew taħt il-Presidenza Awstrijaka ntemm fi Brussell bi ftit li xejn progress fuq il-kwistjoni Brexit. Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May dehret iffastidjata b’kummenti tal-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker…

Ikel

L-awtoritajiet edukattivi u tas-saħħa komplew isostnu d-deċiżjoni li ttieħdet biex fil-parties tat-tfal fl-iskejjel, l-ikel u x-xorb provdut ikun skont lista approvat biex ikun evitat ċertu ikel li mhuwiex tajjeb għas-saħħa….

Parlament

L-Ispeaker Anġlu Farrugia inawgura wirja artistika b’riżq id-Dar tal-Providenza li qed tittellgħa fil-Parlament ta’ Malta. L-Ispeaker Farrugia faħħar lill-fundatur tad-Dar tal-Providenza, il-Monsinjur Dun Mikiel Azzopardi, li ddedika l-ħidma pastorali tiegħu…

Aktar