Lokali
Belġjana u Franċiż ġew f’Malta b’laptop biex jaħdmu minn fejn iridu

Timmaġinak taħdem mill-pjazza tar-raħal minflok mill-uffiċċju? Timmaġinak toffri s-servizzi tiegħek lill-klijenti permezz tal-internet minn fuq il-mowbajl jew il-laptop?

Din hi realtà ta’ xogħol li bilmod il-mod qed tidħol f’Malta mill-hekk imsejħa digital nomads. Dawn huma ħaddiema li l-uffiċini tagħhom huma postijiet pubbliċi f’pajjiżi varji fid-dinja.

Television Malta tkellem ma’ żewġ digital nomads ibbażati f’Malta.

“Hi. How are you? I’ve recently moved to Malta. The infrastructure is better here. The climate. It’s pretty amazing. You should visit soon. Talk soon. Bye.”

Il-Belġjana Evelin Smet hi digital nomad li qed tħajjar lil sħabha jagħmlu l-pass li għamlet hi u jiġu Malta. Fl-Ewropa, il-komunità tad-digital nomads tlaħħaq 125 miljun persuna.

“I’ve been trying to get my co-workers to move here as well instead of living in Belgium, UK and Poland and it’s beginning to work a bit. Yes. I would definitely promote Malta. I love it here. Yes.”

Minflok f’uffiċċju jew f’fabbrika, dawn il-ħaddiema jaħdmu minn fejn iridu.

“I just need my computer which is just there. I can work from there and everywhere in the world.”

Il-mara ilha tliet snin tgħix il-Mellieħa. Waqqfet kumpanija li toffri servizzi għal oħrajn li jridu preżenza fuq l-internet speċjalment wara li ngidmu mill-pandemija.

“More and more companies are interested in expanding their services online, creating e-commerce stores. Right now it’s picking up a lot.”

L-istess jaħsibha n-nomad Franċiż li jqis lil Malta bħala pajjiż ideali għal ħaddiema bħalu li joffru diversi servizzi lill-kumpaniji lokali.

“We couldn’t go to the shops and we’re helping them to set up websites, we’re helping them in communication and basically to get more clients.”

Iż-żewġ nomads iħossuhom milqugħin mill-Maltin, għalkemm daru mal-erbat irjieħ tad-dinja.

“During December and January, I usually spend a month or two months in Bali or in Thailand so that’s my nomad setting. But I like to keep Malta as my nomad base.”

“I travelled the world in Thailand, Japan, Germany, Canary Island. And at some point I really wanted to create my company and I came back to Malta and I felt really welcome.”

Dawn iż-żewġ persuni ma kellhomx bżonn permess ta’ residenza f’Malta. Billi huma Ewropej, igawdu mill-moviment ħieles. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Residenza Malta, Charles Mizzi, spjega li xahar ilu Malta fetħet il-bibien għal digital nomads minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea bit-tnedija ta’ permess ta’ residenza għalihom. Il-maġġoranza ta’ dawn il-ħaddiema jaħdmu fl-industrija tal-gaming u l-informatika.

“Hemm domanda qawwija speċjalment mill-Ingilterra għax anki issa minħabba Brexit, hemm suq ieħor għalihom. Qed naraw applikazzjonijiet ġejjin minn nies li jixtiequ jaħdmu b’mod remot f’pajjiżna.”

Is-Sur Mizzi qal li d-digital nomads iħallsu t-taxxa fil-pajjiż fejn hi bbażata l-kumpanija li tħaddimhom. Spjega li t-taxxa titħallas Malta wkoll jekk dawn il-ħaddiema jipprovdu servizzi lill-kumpaniji lokali.