Barranin
Belt fiċ-Ċina twaqqaf il-bejgħ ta’ klieb u qtates għall-ikel

Shenzhen saret l-ewwel belt fiċ-Ċina li qed tipprojbixxi l-bejgħ tal-klieb u l-qtates biex jittieklu.

Id-deċiżjoni qed ikun irrappurtat li ttieħdet wara li l-bidu tal-coronavirus ġie assoċjat mal-konsum ta’ annimali selvaġġi.

L-awtoritajiet Ċiniżi għalhekk waqqfu l-bejgħ u u l-konsum ta’ annimali selvaġġi, iżda l-awtoritajiet ta’ Shenzhen estendew din il-projbizzjoni għall-klieb u l-qtates.

Il-liġi l-ġdida f’Shenzhen tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju, bl-awtoritajiet tal-belt jgħidu li l-klieb u l-qtates għandhom relazzjoni mal-bnedmin bħala annimali domestiċi, iktar minn speċi oħra, u l-projbizzjoni tal-konsum tagħhom hija prattika komuni f’pajjiżi żviluppati.

Skont Humane Society International (HSI), mat-30 miljun kelb fis-sena jinqatlu għall-ikel f’pajjiżi Ażjatiċi.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Raġel ta’ 68 sena huwa d-disa’ vittma tal-Coronavirus f’Malta dan wara li aktar kmieni llum tħabbret il-mewt ta’ raġel ieħor ta’ 56 sena, li miet bl-istess virus. Ir-raġel ta’ 68…

Barranin

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa wissiet biex l-imxija tal-Coronavirus ma terġax tgħolli rasha, għaliex il-virus għadu ma għebx. Dr David Nabarro, il-kelliem tal-WHO qal li għalkemm il-lockdowns bdew jintreħew, teħtieġ attenzjoni massima…

Aktar