Lokali
Ben Camille se jippreżenta The X Factor Malta

Ben Camille se jkun qed jippreżenta l-ewwel edizzjoni ta’ The X Factor Malta.  Huwa kkunsidrat bħala l-iktar personalità maħbuba tat-televiżjoni f’Malta.

Mill-2016 huwa kompla jimraħ bil-karriera meta ppreżenta diversi programmi televiżivi u produzzjonijiet prestiġġjużi oħrajn.

Ben irnexxielu jieħu dimensjoni internazzjonali meta l-PBS u l-European Broadcasting Union fdawh bil-preżentazzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest Malta 2016.

Ben Camille se jilħaq tragward ieħor fil-karriera billi se jkun il-preżentatur ta’ din il-produzzjoni distinta tal-ewwel edizzjoni ta’ The X Factor Malta li se jsir minn Ottubru fuq TVM.

F’kummenti ma’ tvm.com.mt, Ben qal, “Hija ħolma li se ssir realtà.  The X Factor huwa wieħed mill-iktar programmi televiżivi prestiġġjużi u jħossu onorat li se jingħata din l-opportunità unika.”

L-applikazzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta’ The X Factor Malta bħalissa huma miftuħin.  Tista’ ssibhom online fuq tvm.com.mt/xfactormalta.

L-applikanti jridu jibagħtu wkoll filmat qasir b’Whatsapp fuq 77062018.  Min huwa interessat japplika għandu ċans sal-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2018.

Minbarra li se jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest 2019, ir-rebbieħ ta’ The X Factor Malta se jirrekordja diska ma’ Sony Music Italy.

The X Factor, li huwa format ta’ Syco Entertainment, jiġi ko-prodott u liċenzjat madwar id-dinja minn FremantleMedia Limited.

Iktar tagħrif dwar The X Factor Malta tista’ ssibu fuq www.facebook.com/xfactormalta jew www.instagram.com/xfactormalta.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

The Tempest hija l-produzzjoni annwali tal-MADC, bl-iscript tad-drammaturgu William Shakespeare jingħata interpretazzjoni kontemporanja fl-isfond ta’ battuti dwar il-ħakma u l-maħfra, fil-ġonna ta’ Sant Anton. Il-ġonna ta’ Sant Anton se jerġgħu…

Kisbiet

It-tarzna ta’ Palumbo rebħet kuntratt prestiġjuż għat-tiswija ta’ tliet bastimenti tal-kumpanija Franċiża Corsica Linea b’sistema ta’ tindif tal-fuel skont ir-regoli l-ġodda fis-settur li jħarsu l-ambjent. Fi stqarrija, il-grupp Palumbo qal…

Knisja Maltija

Beda ix-xogħol fuq t-tieni fażi tar-restawr fil-knisja ta’ Santa Katerina taż-Żejtun li qed isir mid-direttorat tar-restawr anke għaliex din il-knisja Barokka hija meqjusa bħala kapolavur arkitettoniku ta’ Lorenzo Gafà tas-seklu…

Kronaka

Illejla l-Pulizija rnexxielha twaqqaf lill-mara li ritratti u filmati tagħha bdew iduru fuq il-midja soċjali fl-aħħar jiem, b’bosta persuni jgħidu li kienet qed iddur l-irħula u ġġib ruħha b’mod suspettuż….

Aktar