Politika
Bernard Grech isejjaħ laqgħa urġenti tal-eżekuttiv dwar kitbiet minn Deputati tal-PN fuq Facebook

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sejjaħ laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv b’urġenza.  Il-laqgħa se ssir għada fis-7pm.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li l-laqgħa qed tissejjaħ wara li kien innutat li kien hemm posts fuq il-mezzi soċjali minn deputati li setgħu saru bi ksur tar-regolamenti tal-Partit.

Il-Partit qal li l-laqgħa ssejħet sabiex skont l-Istatut, il-Kumitat Eżekuttiv jieħu d-deċiżjonijiet kollha li jidhirlu xierqa f’dawn iċ-ċirkostanzi.

Dan wara li d-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Jason Azzoardi kiteb fuq Facebook li Vincent Borg instab ħati ta’ malafama fuqu u weħel multa ta’ €1,000. Dr Azzopardi qal li biex jara lill-Partit Nazzjonalista jingħaqad aktar ħafer lil Borg. Aktar tard, b’referenza għal din il-kitba, id-Deputat Adrian Delia għamillu sensiela ta’ mistoqsijiet u talbu biex fost l-oħrajn jiddikjara dak kollu li daħħal f’taxxa u jispjega kif u safejn kellu qrubija mal-familja Fenech.