Politika
Bernard Grech jingħata ċ-ċwievet tal-uffiċċju tal-kap fid-Dar Ċentrali

F’ċerimonja simbolika, il-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ingħata iċ-ċwievet tal-Uffiċċju tal-Kap fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista mill-eks Kap Adrian Delia.

Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista qalet li Bernard Grech u Adrian Delia kellhom ukoll laqgħa fejn iddiskutew it-triq ‘il quddiem għall-Partit Nazzjonalista u s-sehem ta’ Adrian Delia fil-ħidma parlamentari, fix-shadow cabinet u fil-partit.