Mużika
Bernice tisraq il-qlub ta’ bosta Maltin bid-daqq tal-pjanu fil-Eurovision Young Musicians

Malta ma kklassifikatx mal-ewwel sitta fil-Eurovision Young Musicians madankollu hija serqet il-qlub tal-Maltin.

Bernice Sammut Attard daqqet il-pjanu f’Edinburgh nhar is-Sibt li għadda. Fil-Eurovision Young Musicians ħadu sehem 18-il pajjiż.

Fil-kummenti li tat wara li tħabbru r-riżultati Bernice qalet li kienet esperjenza sabiħa li fiha ħadet gost ħafna.

Tul il-prestazzjoni tagħha wriet li kienet qed idoqq bil-qalb.

Diversi Maltin ssapportjawha tul it-triq tagħha u hija rringrazzjat lil kulħadd u qalet ma stennietx din ir-reazzjoni.

Ara wkoll:

ARA: L-ewwel kummenti ta’ Bernice wara s-semifinali tal-Eurovision Young Musicians

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-bini ta’ blokok residenzjali f’San Vinċenz de Paul, fil-limiti ta’ Ħal Luqa. Dawn l-erba’ blokok residenzjali mistennija jakkomodaw mal-490 resident. Il-proġett huwa mifrux fuq 16,500 metru kwadru…

Teknoloġija

Il-Kap Eżekuttiv tal-GO, Nikhil Patil, qal li kważi wasal nofs triq l-investiment ta’ €100 miljun li l-kumpanija qed tagħmel f’sistema ta’ fibre optic cable għas-servizzi tagħha. Huwa qal li dal-proġett…

Lokali

Wara li lbieraħ filgħaxija ġġarraf bini fi Gwardamanġa, Transport Malta qalet li qed tissospendi t-testijiet tat-teorija minħabba li l-uffiċċju fejn isiru dawn it-testijiet huwa parti minn din il-binja li ġġarfet….

Lokali

Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal-Knisja organizzat laqgħa ta’ djalogu ma’ rappreżentanti tal-partiti politiċi dwar il-politika li għandu jħaddan il-Parlament Ewropew fil-leġislatura li jmiss. Il-Kummissjoni għażlet it-tema ‘Naġġustaw l-Ewropa għall-Ġid Komuni’…

Aktar