Lokali
Bethlehem f’Għajnsielem – inawgurata l-10 edizzjoni tal-presepju ħaj

Inawgurat ilejla l-għaxar edizzjoni tal-presepju ħaj: “Bethlehem f’Għajnsielem” . . . l-ewwel attrazzjoni tal-Milied mal-wasla f’Għawdex li ta’ kull sena jilqa’ eluf ta’ viżitaturi biex iġeddu l-esperjenza tat-twelid ta’ Ġesù. Il-presepju mifrux fuq medda art ta’ 20,000 metru kwadru hu animat minn madwar 150 attur. Għall-ewwel darba din is-sena, fil-villaġġ se jkun hemm spazju apposta għas-suldati Rumani.

Fl-inawgurazzjoni ta’ din l-edizzjoni ħadu sehem it-tfal li fl-ewwel edizzjoni rrappreżentaw lil Ġesu’ tarbija.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li dan il-villaġġ tan-natività mhux biss ġie ppreservat minn sena għall-oħra imma kompla jikber. Qalet li Bethlehem f’Għajnsielem hija d-destinazzjoni għall-Milied f’Għawdex u ddeskrivietu bħala l-protagonist ta’ sensiela ta’ attivitajiet li qed isiru din is-sena biex Għawdex ikun stabilit bħala d-destinazzjoni tal-Milied. Il-Ministru qalet li din l-attività hija xhieda tat-tessut soċjali b’saħħtu f’Għawdex.

Bethlehem f’Għajnsielem jibqa’ miftuħ sas-sitta ta’ Jannar, meta fl-okkażjoni tal-Epifanija ssir ir-rappreżentazzjoni tal-miġja tat-tliet slaten maġi.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Fis-sentejn li għamlu Malta, il-Franċiżi ħallew timbru li għadu magħna sal-lum. Ħames xhur wara li Malta saret membru tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Frankofonija, komplew l-attivitajiet biex ifakkru l-Jum Internazzjonali tal-Frankofonija, f’pajjiżi li…

Kronaka

Rumen ta’ 30 sena darab ġrieħi gravi wara li l-forklifter li kien riekeb fuqu nqaleb. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-23:15 ġewwa t-Tarzna fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid. Il-forklifter kien misjuq…

Kronaka

Għall-ħabta tat-3am, karozza tat-tip Nissan Juke nqerdet bin-nar fi Triq Giuseppi Cali, Ta’ Xbiex. Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fuq il-post fejn tfew in-nar li ħakem lill-karozza. Fl-inċident, żewġ vetturi oħra…

Aktar