Annimali
Betty – l-ewwel ferħ tal-koppja orsijiet Yoggi u Paddy

F’park tal-annimali fl-Imtaħleb is-sidien Christopher Borg u Oksana qisha twieldet tarbija ġdida fil-park, din id-darba l-ewwel ferħ tal-koppja orsijiet Yoggi u Paddy. Yoggi li hija l-ors femminili u Paddy li huwa l-ors maskili, ilhom fil-park sa minn mindu kellhom ftit xhur, u llum għandhom madwar seba’ snin.

“Ix-xewqa tiegħi kienet dejjem li jitwieled ors mill-koppja li għandna aħna u issa saret realtà.”

Minkejja x-xewqa persistenti ta’ sidien tal-palk li jkollhom il-frieħ ta’ ors, il-koppja tal-orsijiet weldet ftit aktar min xahar ilu u ferh issemmiet Betty. Betty qed tingħata l-ħalib bil-flixkun għaliex l-omm ma baqgħetx tredda’ lill-ferħ tagħha.

Mart Chris Oksana, qalet li mhux faċli trabbi l-frieħ tal-ors għaliex trid toqgħod magħhom kull tlett sigħat biex ittihom il-ħalib. Oksana kienet imdorrija trabbi frieħ tat-tigri, imma issa li trabbi ors hija differenti.

“It’s different than with the tigers, the way she drinks, the way moves, and the noise she makes, different experience.”

Betty hija ors kalma, u bħal tarbija tħobb tixrob il-ħalib u wara titfissed biex torqod.

“Din teddy bear li tiċċaqlaq u għandha l-emozzjonijiet.”

Fil-park kull meta jkun hemm ferħ ta’ annimal is-sidien ikunu ferħanin se jtiru, għax bħal familja li jkollha tarbija ġdida, ferħ ta’ annimal iġib miegħu sens ta’ kuntentizza.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Il-knejjes baqgħu bil-bibien magħluqa u l-bankijiet vojta. Għall-Ġimgħa l-Kbira din hi xena li qatt ħadd ma esperjenza, lanqas fil-gwerra! Diversi parroċċi xandru fuq il-midja soċjali mumenti ta’ talb quddiem l-altar…

Avjazzjoni

L-assoċjazzjoni Maltija tal-avjazzjoni kummerċjali (MBAA) qed titlob kjarifiki mingħand il-gvern b’rabta mal-għajnuna finanzjarja li ġiet imħabbra. Fi stqarrija l-MBAA qalet li l-avjazzjoni kummerċjali hija l-ikbar settur tal-avjazzjoni u tikkontribwixxi iktar…

Lokali

Il-ġurnata tal-lum: il-Ġimgħa l-Kbira, tfakkar it-tbatija ta’ persuna waħda elfejn sena ilu. Din is-sena, din il-ġurnata qed tirrifletti t-tbatija ta’ poplu sħiħ. L-aħħar ċirkustanza b’xebħ mal-lum għadha fil-memorja ta’ anzjani…

Immigrazzjoni

Wara li l-gvern iddikjara li Malta mhix se taċċetta u tiggarantixxi salvataġġ ta’ aktar immigranti, din il-pożizzjoni twasslet b’mod formali lill-Libja, lill-Italja u lill-Ġermanja f’laqgħat li l-Ministri Evarist Bartolo u…

Aktar