Kurżitajiet
Bewsa fuq il-ħalq ma tagħmilx ġid

Jekk għandek tarbija evita li tbusha fuq ħalqha.

Dentist qal li hemm riskju li meta tbus lit-trabi fuq ħalqhom meta għadhom qed itellgħu s-snien huwa faċli li tgħaddilhom il-baktirja li jaf tħalli effetti xejn pjaċevoli fosthom li tħassrilhom snienhom.

Id-dibattitu dwar jekk il-ġenituri għandhomx ibusu lil uliedhom fuq xofftejhom ilu ħafna għaddej.

Filwaqt li hemm ħafna jgħidu li m’hemm xejn ħażin, hemm diversi jgħidu li hemm riskji ta’ saħħa li l-ġenituri ma jkunux konxji minnhom.

Is-snien tat-trabi huma l-aktar suxxetibbli għal xi marda minħabba li ma jkollhomx saħħa biex jiġġieldu lill-baktirja.

Intant id-dentist appella lill-ġenituri biex jieħdu lil uliedhom għand dentist minn meta toħroġilhom l-ewwel sinna. Huwa qal li t-tfal għandom imorru għand dentist kull sitt xhur.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-personalità li għandu miljuni ta’ segwaċi fuq is-siti soċjali Nas Daily jidher li se jkun Malta mill-ġdid f’Jannar li ġej. Dan hekk kif qed jippjana li jiffilmja l-1,000 vidjo u…

Waqt il-Kafé

WAQT IL-KAFÉ… ma’ Joe Julian Farrugia   Ħadd ma jaf x’jismu. Kulħadd bħala “l-għaġeb” jafu. Miskin, setgħu sabulu laqam aħjar, imma dal-laqam weħel miegħu u m’hemmx li jitilqu. Kull sena…

Barranin

Il-Ministeru tas-Saħħa fl-Italja qed jappella lit-tobba madwar il-pajjiż biex jiktbu r-riċetti b’mod li jkunu jistgħu jinqraw bla problemi. Dan hekk kif kien ikkalkulat li madwar 4.7% tal-iżbalji mediċi huma t-tort…

Barranin

Fl-Indja, tifla ta’ 3 snin ġiet stuprata fid-dar fejn tgħix fi New Delhi.  It-tifla nstabet fuq it-taraġ mimlija demm u mitlufa minn sensieha. L-aggressur huwa raġel ta’ 40 sena li…

Aktar