Skip to content
tvm.com.mt
Popolin Feedback Form
It-Temp Illum
Min
12°
Max
17°
Upload
Photo/Video
  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
  • PSI2021
PROGRAMMI
Comedy Diskussjoni Divertiment Dokumentarji Drama Edukazzjoni Ġrajjiet Kurrenti Informazzjoni Kultura Lifestyle Mużika Oħrajn Prime Time Programmi tat-tfal Saħħa Soċio-Reliġjużi Sports Teknoloġija Varjetà
RIĊENTI
LIVE
  • TVM
  • TVM2
  • Magic Malta
  • Radju Malta
  • Radju Malta 2
tvm.com.mt
Upload
Photo/Video
It-Temp Illum
Min
12°
Max
17°
  • This article is also available in English
Storja
Bħal-lum 25 sena: 8,000 raġel u tifel Bosnjaku-Musulman immassakrati fi Srebrenica
Imtella' Lulju 11, 2020
Rapport: Ruth Amaira

Bħal-lum 25 sena ilu, forzi Serbi-Bosnjaċi ħadu taħt idejhom il-belt ta’ Srebrenica fil-Bosnja-Herzegovina. F’inqas minn ġimagħtejn it-truppi tal-ġeneral Ratko Mladic immassakraw mat-8,000 raġel u tifel, ilkoll Bosnjaċi-Musulmani. Sal-lum, dan ir-reat jibqa’ l-agħar massakru ta’ qtil tal-massa fuq l-art, mill-aħħar gwerra dinjija.

Fadila Efendic difnet il-ftit fdalijiet ta’ binha Fejzo, 7 sena snin ilu. Sabet biss żewġ għadmiet minnu. Kien wieħed mill-vittmi tal-massakru ta’ Srebrenica – il-ġenocidju tal-gwerra tal-Bosnja.

“I buried my son in 2013. There were only two bones. I had hoped that more would be found, but nothing has been, so far. I still hope there will be something, that they will find it.”

Bħal-lum 25 sena ilu il-forzi Serbi Boznjaci immexxija mill-ġeneral Ratko Mladic attakkaw is-subborg ta’ Srebrenica, fejn madwar 40,000 Musulman Bosnjaci marru għall-kenn taħt il-protezzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Ftit ħasbu x’kien hemm jistennihom meta l-forzi ta’ Mladic avvanzaw fuqhom u qatlu brutalment mat-8,000 ruħ – irġiel u subien, wara li sseparawhom mill-kumplament tan-nisa u bniet. Il-katavri tagħhom intefgħu bħal xkejjer f’oqbra tal-massa u sal-lum il-ġurnata, qraba tal-vittmi għadhom ifittxu l-aħħar fdalijiet tal-maħbuba tagħhom bit-tama li jtuhom difna dinjituża.

Bħal Bajro Salihovic, li fdalijiet tiegħu instabu dan l-aħħar u se jingħata l-aħħar tislima illum – fil-25 anniversarju ta’ mewtu.

Għall-ġenoċidju ta’ Srebrenica, Ratko Mladic qed iħallas bil-kumplament ta’ ħajtu l-ħabs wara li fl-2017 f’The Hague instab ħati b’atroċitajiet u krimini tal-gwerra.

Għexieren ta’ Bosnjaci bħal lum ifakkru il-ġurnata kerha tal-ġenocidju ta’ nies minn nisilhom. Illum, il-25 anniversarju tfakkar b’marċ fil-bosk folt tul ir-rotta li ħadu s-suldati tal-ġeneral Ratko Mladic biex laħqu lis-subborg ta’ Srebrenica. Lebsin il-maskri kontra l-imxija tal-pandemija, u f’idejhom il-bnadar tal-Bosnja, huma għaddew maġenb l-oqbra tal-vittmi li issa jinsabu midfuna tefgħa ta’ ġebla ‘l bogħod minn fejn inqatlu kiesaħ u biered.

Ħafna minnhom għadhom jiftakru l-biża’ li ġegħlithom jiġru għall-ħajjithom, jistaħbew fil-bosk mill-qilla tal-iskwadra tal-mewt Serba Bosnjaka u għal ħafna ġranet jieklu milli jsibu madwarhom biex isalvaw.

It-taqbid fil-gwerra tal-Bosnja li qasmet min-nofs lis-Serbi u Musulmani Bosnjaċi, intemm lejn l-aħħar tal-1995 stess, bi ftehim iffirmat wara l-gwerra li fired lil Bosnja f’żewġ regjuni awtonomi bejn il-Musulmani u s-Serbi. Sal-lum is-Serbja, għalkemm għamlet apologija għal dan ir-reat tal-gwerra, qatt ma aċċettat li kien ġenoċidju.

Share
Aħbarijiet Oħra
Barranin Arabja Sawdija Joe Biden
Biden jitkellem dwar id-drittijiet tal-bniedem mar-Re tal-Arabja Sawdija
Barranin covid ir-Reġina Eliżabetta II
ARA: Ir-Reġina tappella biex in-nies jaħsbu f’xulxin u jieħdu t-tilqima
Barranin Covid-19 tilqima
Il-mexxejja tal-UE jaqblu li jżidu l-produzzjoni u d-distribuzzjoni tat-tilqim kontra l-Covid-19
Barranin Is-Sirja L-Istati Uniti
L-Istati Uniti jwettqu attakki mill-ajru fuq milizji fis-Sirja
Aktar
L-Aħbarijiet tat-20:00
22/02/2021
Kronaka
Min huma t-tliet suspettati li x’aktarx fornew il-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia?
Kronaka
Pulizija jweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku
COVID-19
Żewġ persuni inkluż mara ta’ 30 sena jmutu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19
Lokali proklama Vince Muscat
ARA: Ippubblikata l-proklama li ngħatat lil Vince Muscat
Politika
AĠĠORNAT (2): Rosianne Cutajar tirriżenja minn Segretarju Parlamentari sakemm tnaddaf isimha
Tista’ tipparkja quddiem garaxx?
ARA: Ir-Reġina tappella biex in-nies jaħsbu f’xulxin u jieħdu t-tilqima
L-ewwel xahrejn tas-sena xotti – bdiewa jappellaw għal għajnuna biex jaħżnu l-ilma
L-enerġija – il-proġetti u l-proposti diskussi llejla f’Xtra
Minn għada tista’ tapplika għal skemi ġodda għall-pannelli tax-xemx
Id-Dipartiment tal-Ġustizzja fil-Floriana qed jaħdem minn binja ġdida
‘L-iżviluppi li seħħew fil-każ Caruana Galizia mertu tal-pressjoni li saret mill-Oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili’ – il-Kap tal-Oppożizzjoni
Erbatax-il elf ruħ f’Malta għandhom l-epilessija
Jipproponu inizjattiva ta’ żvilupp kollettiv sabiex jiġu evitati binjiet dojoq u żgħar
ARA: “Jgħarralu min jaħseb li jista’ jgawdi mill-impunità” – Il-PM
ARA: L-iżviluppi fil-każi ta’ Caruana Galizia u Chircop jistgħu jsolvu omiċidji oħra?
Il-Festival tal-Kanzunetta Maltija lura fuq TVM – Mużika Mużika ċelebrazzjoni tal-identità nazzjonali
Home Agħmel Kuntatt Magħna Dati Importanti
Privatezza Termini tal-użu

Fittex bi frażi

  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
    • Back
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
    • Back
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
  • PSI2021