Barranin
Bħal-lum 74 sena ilu l-Italja saret Repubblika…il-jum nazzjonali b’valur simboliku wara 3 xhur iebsin

Bħal-lum 74 sena ilu l-Italja saret Repubblika wara referendum li kien staqsa lill-elettorat Taljan jekk wara t-Tieni Gwerra Dinjija l-pajjiż għandux isir Repubblika. Dan il-jum nazzjonali din is-sena qed jitqies li għandu valur simboliku mat-Taljani hekk kif bil-mod il-mod ħerġin minn tliet xhur iebsin minħabba li l-pandemija tal-coronavirus laqtet sew lil dan il-pajjiż.

Fit-tnejn ta’ Ġunju tal-1946 it-Taljani ivvutaw biex pajjiżhom isir Repubblika. F’dak ir-referendum ta’ 74 sena ilu fl-Italja vvutaw għall-ewwel darba n-nisa. Ftit iżjed minn 12-il miljun u seba’ mitt elf votant ivvutaw favur li l-Italja ssir Repubblika, waqt li ftit iżjed minn 10 miljun u seba’ mitt elf votant ieħor riedu l-monarkija.

L-Ambaxxatur Taljan għal Malta, Mario Sammartino, qal li dan ir-referendum tal-1946 sar fl-isfond ta’ pajjiż li kien għadu qed idewwi l-ġrieħi tat-tieni gwerra dinjija. Hu qabbel dan iż-żmien ikrah li l-Italja kienet ħierġa minnu 74 sena ilu ma’ dak li għaddejja minnu llum wara l-pandemija tal-coronavirus li fl-Italja ħalliet 33,400 vittma.

“The symbolic value is based on the fact that the second of June 1946 was the first vote after 25 years of dictatorship and it was in a country where the wounds of the war were very visible and that day was considered symbolically as a turning point, the starting point for the reconstruction of Italy. I guess that the second of June 2020 will have the same symbolic value and will be the turning point of this war against the invisible enemy, this Covid 19.”

L-Ambaxxatur Sammartino qal li għalhekk li din il-festa tar-repubblika dis-sena qed titqies bħala bidu ġdid għat-Taljani, minkejja li xorta waħda ma saritx il-parata li mdorrijin naraw kull sena fit-2 ta’ Ġunju f’Ruma.

“It was really very hard for all of them and if you allow me I refer mainly to the huge Italian community living in Malta. They have been far from their families for three months, they have suffered also because of the economic crises. Many of them have lost their jobs, so I think that this is the main reason for the second June today. A second of June dedicated to all those who have suffered and we celebrate it in our families. We do not have any public event just as a respect for those who have suffered and those who are still suffering.”

Fil-kunċert tar-Repubblika li sar fil-Palazz tal-President, il Quirinale f’Ruma, il-President Taljan Sergio Mattarella appella għas-solidarjeta’ fl-Ewropa u qal li l-ebda stat Ewropew m’għandu jitħalla waħdu biex jegħleb il-kriżi tal-coronavirus. Insista li l-Ewropa magħquda tista’ tħares lejn il-futur b’tama u ottimiżmu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-awtoritajiet Amerikani approvaw sanzjonijiet ġodda kontra ċ-Ċina minħabba liġi ġdida ta’ ndħil dwar is-sigurtà f’Hong Kong. Din il-liġi kienet ikkundannata mill-komunità internazzjonali. Il-miżuri tal-Gvern Amerikan li għaddew bi qbil assolut…

Barranin

Il-pulizija f’Hong Kong għamlet l-ewwel arresti taħt il-liġi l-ġdida imposta minn Beijing kontra l-protesti. Dan hekk kif għadd kbir ta’ nies fakkru it-23 sena mit-tmiem tat-tmexxija Ingliża. Aktar minn 300…

Barranin

Raġel fl-Istati Uniti spara fuq mara li ħaditlu bandiera tan-Nażi li kellu mwaħħla quddiem daru f’Oklahoma. L-uffiċċju tax-Sheriff ta’ Garfield County qal li l-mara kienet qegħda f’festin fil-viċin, meta f’ħin…

COVID-19

Puplesija, delirju, ansjetà, konfużjoni, għejja, u l-lista tkompli. Il-Covid-19 mhix biss marda respiratorja! Ma kull ġimgħa li tgħaddi, qed joħroġ aktar ċar kemm il-coronavirus jista’ jwassal għal problemi newroloġiċi. Il-maġġoranza…

Aktar