Kronaka
AĠĠORNAT 2: 14-il persuna ġew arrestati waqt rejd għad-droga f’Birkirkara

Minn tal-inqas 14-il persuna, ħafna minnhom Maltin, ġew arrestati waqt rejd għad-droga li sar f’maħżen fi Triq il-Vittmi tal-Gwerra f’Birkirkara. L-operazzjoni, bis-sehem ta’ tliet skawdri tal-korp tal-Pulizija, saret wara ġimgħat twal ta’ sorveljanza fuq il-maħżen li huwa suspettat li kien qed iservi bħala bejta għat-traffikar tad-droga.

Operazzjoni kbira mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga f’Birkirkara waslet għall-arrest ta’ mil-lanqas 14-il persuna li qed jgħinu lill-pulizija fl-istħarrig li għadu għaddej dwar traffikar tad-droga li allegatament kienet qed issir minn maħżen fi Triq il-Vittmi tat-Tieni Gwerra Dinjija. TVM huwa infurmat li fost il-persuni miżmuma fir-rejd tal-pulizija, minbarra Maltin hemm ukoll Serbi,Taljan u Ingliż li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn it-23 u s-66 sena.

 

Kienu għall-ħabta tal-ħdax tal-Ħamis filgħodu meta Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, mir-Rapid Intervention Unit u mill-Ispecial Intervention Unit, armati sa snienhom iċċirkondaw il-maħżen u daħlu fil-post fejn minnufih arrestaw lill-persuni li kienu hemm. L-istħarriġ tal-pulizija fuq il-post ħa diversi sigħat u f’xi ħin kien hemm ukoll il-vettura speċjali tal-Protezzjoni Ċivili magħrufa bħala HAZMAT li tintuża fejn ikun hemm sustanzi li jistgħu jkunu perikolużi.

Ir-rejd kordinat tal-pulizija sar wara li għajnejn il-Pulizija kien ilhom isegwu movimenti suspettużi f’din it-triq fejn hemm bosta garaxxijiet. Is-suspett tal-pulizija nifmhu li fil-maħżen fejn sar ir-rejd kien qed iservi għal bejgħ tad-droga. Il-Pulizja qalet li fil-pusses ta’ wħud mill-persuni arrestati nstabu boroż bi droga allegatament eroina, ammonti ta’ flus kontanti, u oġġetti relatati mal-abbuż u l-bejgħ tal-istess sustanza. Television Malta huwa informat li minn fuq il-post ġiet elevata droga eroina u kannabis u ammonti konsiderevoli ta’ flus. S’issa, il-pulizija għadha ma tatx informazzjoni dwar x’irrizulta mill-istħarriġ tagħha.

Waqt li konna fuq il-post insewgu l-operazzjoni tal-pulizija, minkejja l-preżenza tal-pulizija, raġel donnu ma ndunax b’dak li kien għaddej u daħal fiż-żona mgħassa mill-Pulizija fejn minnufih twaqqaf mil-pulizija u saret tfittxiija fuqu u fil-karozza tiegħu. Ir-raġel, li huwa Malti nżamm ukoll għal aktar stħarriġ wara li l-pulizija dehret televa xi oġġetti mill-vettura tiegħu.

Il-Maġistrat tal-Għassa Audrey Demicoli ġiet infurmata bl-investigazzjoni u ordnat li ssir inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun. L-inċident seħħ bejn bejn vettura tal-għamla Toyota Aygo, li…

Stejjer Umani

Filmat ta’ tifel ċkejken ta’ 9 snin inxtered f’ħakka ta’ għajn mad-dinja kollha meta esprima d-dwejjaq li ħakmuh minħabba l-bullying. Fil-filmat miġbud minn ommu, Quaden Bayles jinstema’ jgħid li jrid…

Saħħa

F’Malta, fl-ajruport beda jsir screening tat-temperatura tal-ġisem tal-passiġġieri li jaslu Malta biex ikun identifikat jekk dawn għandhomx id-deni li huwa wieħed mis-sintomi tal-coronavirus. U fil-port, il-ħaddiema tax-xatt irirfjutaw li jħottu…

Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li llum beda jingħata l-konkos fil-Menqa bi tkomplija mal-ewwel saff tal-bażi, kif ukoll bdew jinfirxu l-ewwel sleeves bis-servizzi lejn il-proprjetajiet. Il-Ministru spjega li nqala’…

Aktar