Parlament
Bħalissa fil-Qorti hemm 88 ġuri pendenti

Bħalissa hemm 88 ġuri pendenti, li għaxra minnhom huma dwar omiċidji volontarji jew dwar attentat ta’ omiċidju. Erba’ ġurijiet pendenti oħra huma dwar ħasil ta’ flus.

Dan it-tagħrif ingħata mill-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis fi tweġiba parlamentari lid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.

Fit-tweġiba tiegħu, il-Ministru Zammit Lewis qal li fost il-ġurijiet pendenti dwar omiċidji hemm tnejn li ġraw fl-2008.

Il-persuni li qed jistennew li jgħaddu ġuri fuq dawn il-każijiet ta’ qtil jew attentat ta’ qtil hemm tmien Maltin, persuna kull wieħed ta’ nazzjonalità Taljana, Libjana u Serba.

Dwar l-erba’ ġurijiet pendenti dwar ħasil ta’ flus hemm żewġ Niġerjani u żewġ Maltin akkużati b’dawn ir-reati.