Lokali
Bħalissa f’Malta hawn iktar irġiel milli nisa

Skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, sa tmiem l-2016 il-persuni residenti f’Malta kienu jgħoddu 460,000. Kważi tnax fil-mija minnhom barranin. Għat-tieni darba biss fl-aħħar 12-il sena, f’Malta issa hawn aktar irġiel milli nisa waqt li wieħed minn kull ħames persuni għandu ‘l fuq minn 65 sena.

Fl-aħħar għaxar snin il-popolazzjoni f’Malta żdiedet b’aktar minn ħamsin elf persuna – minn 405,000 fl-2006 għal 460,297 fl-2016 – 231,663 raġel u 228,634 mara.

Iċ-ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għall-2016 juru li ż-żieda fil-popolazzjoni mill-2015 kienet dovuta għall-immigrazzjoni ta’ barranin f’Malta u mhux minħabba żieda fir-rata ta’ twelid.

Fil-fatt hu stmat li fl-2016 ġew jgħixu Malta 17,051 persuna waqt li emigraw minn Malta għall-pajjiż ieħor 8,303 – l-ogħla ċifri sa mill-2012 li aktar minn 7,000 minnhom kienu barranin li telqu minn Malta.

Mill-banda l-oħra, fost barranin li ġew jgħixu Malta – kważi 9,000 kienu minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea (8,968), mas-6,700 (6,687) minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea u 1,400 Malti u Maltija (1,376) li rritornaw art twelidhom.

Fir-rigward tal-għadd ta’ persuni li ħallew Malta, kien hemm mal-elf Malti u Maltija (958), 3,226 ċittadin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u 4,119-il persuna minn pajjiżi barra l-Unjoni.

Fl-2016 twieldu aktar nies milli mietu. Bejn Jannar u Diċembru tal-2016 twieldu 4,476 tarbija waqt li mietu 3,342. Fl-istess sena ġew adottati 20 tifel u tifla.

Iċ-ċifri juru li kwart tal-popolazzjoni Maltija hi magħmula minn persuni ta’ ‘l fuq minn sittin sena waqt li l-persuni taħt it-18-il sena jammontaw għal 17% tal-popolazzjoni.

Bħala medja l-irġiel Maltin jgħixu sa 81 sena waqt li n-nisa jgħixu sa 84 sena.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-kumpanija Amerikana Steward Health Care (SHC) ħabbret li saret sieħeb tas-settur tas-saħħa pubblika ta’ Malta u se tkun qed taħdem mal-iskola medika ta’ Barts biex tiftaħ skola medika f’Għawdex. Fi…

Lokali

Id-drummer ta’ fama internazzjonali Virgil Donati, Awstraljan li jgħix l-Istati Uniti jinsab Malta għal kuncert li se jittella’ għada flimkien mal-grupp ICE FISH. Id-drummer daqq f’kunċerti madwar id-dinja u minkejja…

Lokali

Irina Udrea, l-armla ta’ Dan Udrea li tilef ħajtu f’inċident traġiku fl-Imrieħel għadha bil-feriti viżibli tal-inċident skerz li fih tilfet lil żewġha. Disat ijiem wara l-inċident Irina stqarret il-gratittudni tagħha…

Lokali

Il-parti l-kbira tal-inkjesti maġisterjali jingħalqu u dan huwa rifless fi statistika li tpoġġiet illejla fuq il-Mejda tal-Kamra.  Bejn l-2010 u l-2017 infetħu 7,513-il inkjesta, filwaqt li fl-istess perjodu ngħalqu 7,797….

Aktar