Kronaka
FILMAT: Żewġ nisa mejta u 7 midruba f’inċident tat-traffiku fil-Mosta

10 persuni kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tat-8.30pm fl-inħawi bejn il-Mosta u l-Imġarr bejn Triq Buqana u Triq Sir Temi Zammit qrib ir-roundabout li mill-Mosta tibqa’ sejjer lejn l-Imġarr.

L-inċident ħalla 2 persuni mejta, li huma nisa, kif ukoll 7 persuni oħra midruba, fosthom persuna f’qagħda gravi.  Kien hemm persuna oħra li kienet involuta fl-inċident iżda ma kinitx teħtieġ kura medika.

Jirriżulta li l-ħabta kienet head-on bejn karozza Maruti u oħra Audi.  Mill-ewwel tagħrif miġbur minn fuq il-post jidher li l-Audi spiċċat f’parti tat-triq li qed titħammel bħala parti mill-proġett tat-twessiegħ tat-triq.

Jidher li l-inċident seħħ hekk kif waħda mill-karozzi kienet qed tinstaq fid-direzzjoni lejn l-Imġarr u l-vettura l-oħra kienet qed issuq wrong way u ħabtet head-on.

Filwaqt li żewġ persuni li kienu fil-Maruti, ix-xufiera u l-passiġġiera, ġew iċċertifikati mejta fuq il-post, ittieħdu l-isptar b’ambulanza 6 persun u tifla.  Persuna li ttieħdet l-isptar ġiet iċċertifikata li tinsab f’qagħda gravi.

Fuq il-post hemm uffiċjali tal-Pulizija, tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili, filwaqt li nfetħet inkjesta maġisterjali u investigazzjoni dwar dan il-każ.

Iktar kmieni:

Aħbarijiet Oħra
Kisbiet

Il-karozzi Bentley u Rolls Royce huma distintivi u magħrufa għal-lussu. Kristian Cini għad għandu sbatax-il sena, iżda għalkemm għad m’għandux l-età biex isuq, huwa dilettant kbir tal-karozzi Bentley u Rolls-Royce….

Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Aktar